RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TA’ L-ONOR ANĠLU FARRUGIA DWAR IX-XOGĦOL TA’ SIGURTA’ FIL-QRATI TAL-ĠUSTIZZJA
B’referenza għall-istqarrija għall-istampa ta’ l-Onorevoli Anġlu Farrugia, l-Amministrazzjoni tal-Qorti tinforma li x-xogħol ta’ sigurtà fil-Qrati tal-Ġustizzja huwa f’idejn il-kumpanija “Sterling Security Company Limited” li ġiet aġġudikata dan wara sejħa pubblika għall-offerti.
Hija responsabbiltà ta’ din il-kumpannija li tara li l-persuni li jintbagħtu jkollhom il-fedina penali netta u liċenzja tas-sigurtà. Il-persuna msemmija ħadmet mhux fuq bażi regolari mill-4 ta’ Settembru 2006. Għalkemm kull persuna li titressaq u tiġi akkużata bi kwalunkwe reat hija preżunta innoċenti, il-kumpannija waqfet tibgħatu fl-24 ta’ Novembru 2006, tnax-il ġurnata qabel tkellem l-Onor. Farrugia. L-amministrazzjoni tal-Qorti ma kenitx taf b’dan u tirriserva li tieħu l-passi legali opportuni.
DOI 06.12.2006
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958