Left arrow Go Back

“LM21,000 IMQASSMA LIL SKEJJEL SABIEX IWASSLU LILL-ISTUDENTI GĦALL-GĦARFIEN TA’ ĦILIET IMPRENDITORJALI.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1690
Date Icon 06/12/2006

“L-għan tal-Gvern hu li joħloq l-aħjar ambjent possibbli biex titkattar l-abbilita’ imprenditorjali.  Biex dan isir hemm bżonn li l-imprenditorija ssir parti mis-sistema edukattiva tagħna.  Kien għalhekk li ngħaqdu flimkien l-iSmallEnterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise, il-Ministeru għall-Investimenti, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed fi ħdan l-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Kompetizzjoni, biex jiżviluppaw il-proġett ‘Discover Enterprise’.  Dan il-proġett kien maħsub speċifikament biex jgħin biex permezz ta’ tisħiħ ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija titnissel mentalita’ aktar imprenditorjali f’pajjiżna.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati lil dawk l-iskejjel li pparteċipaw f’dan il-proġett.

Preżenti wkoll għal din il-preżentazzjoni kienu Martin Bowerman u Daniel Debono mill-iSmall Enterprise Directorate.  L-Onor. Vassallo qal li “wara t-tnedija tal-proġett ‘Discover Enterprise’ f’Marzu li għadda, illum bi pjaċir qegħdin inħabbru li dawk l-iskejjel kollha li applikaw biex jipparteċipaw f’dan il-proġett ser jingħataw l-għajnuna mitluba.”

Il-fondi li ntrebħu minn dawn l-iskejjel qegħdin jingħataw għal numru ta’ proġetti, li huma kollha bbażati fuq l-imprenditorija.  Fost l-oħrajn, il-proġett ‘Discover Enterprise’ joffri għajnuna, li tista’ tkun kemm finanzjarja kif ukoll tista’ tieħu forma oħra, għal dawn il-proġetti:

1.     Materjal edukattiv dwar imprenditorija (kotba, posters, videos, u oħrajn)

2.     Inizjattivi dwar edukazzjoni fl-imprenditorija (bħal kompetizzjonijiet għal proġetti   imprenditorjali u oħrajn)

3.     Inizjattivi ta’ ‘networking’ ma’ skejjel oħra, li jistgħu ikunu lokali jew ta’ barra

4.     L-għalim ta’ l-imprenditorija

5.     Żjarat f’negozji u industriji

6.     Premijiet fl-imprenditorija

7.     Internships (skambji ma’ skejjel jew industriji)

8.     Attivitajiet imprenditorjali

L-iskejjel li applikaw biex jieħdu għajnuna permezz ta’ dan il-proġett talbu għal għajnuna biex jiksbu numru ta’ iniżjattivi relatati ma’ l-imprenditorija.  Dawn jinkludu l-kisba ta’ materjal edukattiv, li jista’ jinkludi kotba u DVDs; żjarat fi stabbilimenti imprenditorjali; il-ħolqien ta’ ‘kamra ta’ l-imprenditorija’; proġett xjentifiku; il-ħolqien ta’ ‘skills portfolio’; u l-ħolqien ta’ serra.

Din is-sena applikaw 15-il skola, li kollha ser ikunu qegħdin igawdu minn dan il-proġett, u ser ikunu qegħdin jibbenefikaw b’kollox minn madwar 12-il elf Lira Maltin.  Il-proġett ‘Discover Enterprise’ ser ikun qiegħed jagħti wkoll LM9,000 oħra lill-MCAST biex ikunu jistgħu jimpjegaw għalliema full-timefuq l-imprenditorija.

L-għajnuniet li ntrebħu tqassmu hekk:

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow