“LM21,000 IMQASSMA LIL SKEJJEL SABIEX IWASSLU LILL-ISTUDENTI GĦALL-GĦARFIEN TA’ ĦILIET IMPRENDITORJALI.” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
“L-għan tal-Gvern hu li joħloq l-aħjar ambjent possibbli biex titkattar l-abbilita’ imprenditorjali. Biex dan isir hemm bżonn li l-imprenditorija ssir parti mis-sistema edukattiva tagħna. Kien għalhekk li ngħaqdu flimkien l-iSmallEnterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise, il-Ministeru għall-Investimenti, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed fi ħdan l-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Kompetizzjoni, biex jiżviluppaw il-proġett ‘Discover Enterprise’. Dan il-proġett kien maħsub speċifikament biex jgħin biex permezz ta’ tisħiħ ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija titnissel mentalita’ aktar imprenditorjali f’pajjiżna.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati lil dawk l-iskejjel li pparteċipaw f’dan il-proġett.
Preżenti wkoll għal din il-preżentazzjoni kienu Martin Bowerman u Daniel Debono mill-iSmall Enterprise Directorate. L-Onor. Vassallo qal li “wara t-tnedija tal-proġett ‘Discover Enterprise’ f’Marzu li għadda, illum bi pjaċir qegħdin inħabbru li dawk l-iskejjel kollha li applikaw biex jipparteċipaw f’dan il-proġett ser jingħataw l-għajnuna mitluba.”
Il-fondi li ntrebħu minn dawn l-iskejjel qegħdin jingħataw għal numru ta’ proġetti, li huma kollha bbażati fuq l-imprenditorija. Fost l-oħrajn, il-proġett ‘Discover Enterprise’ joffri għajnuna, li tista’ tkun kemm finanzjarja kif ukoll tista’ tieħu forma oħra, għal dawn il-proġetti:
1. Materjal edukattiv dwar imprenditorija (kotba, posters, videos, u oħrajn)
2. Inizjattivi dwar edukazzjoni fl-imprenditorija (bħal kompetizzjonijiet għal proġetti imprenditorjali u oħrajn)
3. Inizjattivi ta’ ‘networking’ ma’ skejjel oħra, li jistgħu ikunu lokali jew ta’ barra
4. L-għalim ta’ l-imprenditorija
5. Żjarat f’negozji u industriji
6. Premijiet fl-imprenditorija
7. Internships (skambji ma’ skejjel jew industriji)
8. Attivitajiet imprenditorjali
L-iskejjel li applikaw biex jieħdu għajnuna permezz ta’ dan il-proġett talbu għal għajnuna biex jiksbu numru ta’ iniżjattivi relatati ma’ l-imprenditorija. Dawn jinkludu l-kisba ta’ materjal edukattiv, li jista’ jinkludi kotba u DVDs; żjarat fi stabbilimenti imprenditorjali; il-ħolqien ta’ ‘kamra ta’ l-imprenditorija’; proġett xjentifiku; il-ħolqien ta’ ‘skills portfolio’; u l-ħolqien ta’ serra.
Din is-sena applikaw 15-il skola, li kollha ser ikunu qegħdin igawdu minn dan il-proġett, u ser ikunu qegħdin jibbenefikaw b’kollox minn madwar 12-il elf Lira Maltin. Il-proġett ‘Discover Enterprise’ ser ikun qiegħed jagħti wkoll LM9,000 oħra lill-MCAST biex ikunu jistgħu jimpjegaw għalliema full-timefuq l-imprenditorija.
L-għajnuniet li ntrebħu tqassmu hekk:
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958