Left arrow Go Back

IR-RWOL TAL-KUMITATI PARLAMENTARI SABIEX TIKBER L-UGWALJANZA BEJN IL-ĠENDRU U L-INKLUŻJONI TAL-MARA - UNJONI INTER-PARLAMENTARI, ĠINEVRA - 4-6 DIĊEMBRU 2006

PR1684
Date Icon 06/12/2006

L-Onor. Clyde Puli, President tal-Kumitat ta’ l-Affarijiet Soċjali fil-Kamra tad-Deputati, għadu kemm attenda konferenza ta’ tlitt ijiem fejn ġie diskuss ir-rwol tal-kumitati parlamentari sabiex tikber l-ugwaljanza bejn il-ġendru u l-inklużjoni tal-mara.  Il-konferenza ġiet organizzata fil-bini uffiċjali tal-Unjoni Inter-Parlamentari f’Ġinevra bejn l-4 u 6 ta’ Diċembru, 2006. 

L-għan tal-konferenza kien li jiġu identifikati mezzi differenti kif il-kumitati parlamentari jistgħu itejbu l-ħidma tagħhom biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġendru u l-inklużjoni tal-mara.  Id-dibattitu infirex fuq l-operazzjoni ta’ dawn il-kumitati, il-mandat tagħhom, u kif għandhom jaħdmu b’mod effettiv.  Ġew diskussi ukoll l-aqwa prattiċi u rakkomandazzjonijiet dwar kif dawn il-kumitati jistgħu jindirizzaw is-suġġett fuq livell nazzjonali.  Il-konferenza offriet l-opportunita’ sabiex rappreżentati differenti jaqsmu l-idejat tagħhom u b’hekk jistudjaw l-iżvilupp ta’ politika li tassew tisħaq fuq l-ugwaljanza bejn il-ġendru u l-inklużjoni tal-mara. 

F’ kummenti fi tmiem il-laqgħa, l-Onor. Puli qal li huwa jinsab sodisfatt bl-isforz u l-koordinazzjoni li qed isir sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara, kemm fuq livell internazzjonali u kif ukoll dak nazzjonali.  L-Onor. Puli irrikonoxxa l-inizjattivi u l-akkwisti ta’ pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.  L-Att dwar il-Vjolenza Domestika u d-diversi inizjattivi mħabbra fl-aħħar baġit kienu mfaħħra, bħal miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza fis-soċjeta’ u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.  Is-Sur Puli osserva wkoll il-ħatra riċenti ta’ żewġ imħallfin nisa u maġistrata oħra, l-ewwel imħallef Maltija fil-Qorti Suprema tal-UE, il-ħatra ta’ żewġ ambaxxaturi nisa, l-ewwel segretarju permanenti mara, żewġ ministri nisa u segretarju parlamentari mara u kif ukoll involviment akbar ta’ nisa fi rwoli eżekuttivi fis-settur pubbliku u privat.  Huwa faħħar ukoll il-ħidma li qed issir fil-Kummisjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza.   

Minn naħa l-oħra, l-Onor. Puli innota li minkejja dawn l-iżviluppi inkoraġġanti f’pajjiżna, bħalma huwa l-każ f’diversi pajjiżi oħra, fadal ħafna xi jsir sabiex jintleħaq livell ta’ ugwaljanza sħiħa bejn in-nisa u l-irġiel.  Huwa sostna li jeħtieġ bidla ta’ kultura fejn kull wieħed u waħda minnha nirrealizzaw u naċċettaw li l-parteċipazzjoni akbar mill-mara fl-isferi kollha, mhux biss hija kawża ġusta għall-mara iżda ta’ benefiċċju wkoll għas-soċjeta’ kollha.      

Informazzjoni addizjonali: L-Unjoni Inter-Parlamentari u l-ugwaljanza bejn il-ġendru  

Din l-Unjoni hija organizzazzjoni internazzjonali bejn il-Parlamenti ta’ Stati sovrani.  Din l-Unjoni hija punt ta’ riferiment u ta’ djalogu għall-parlamenti ta’ madwar id-dinja.  Bil-għan li titkattar il-paċi u l-koperazzjoni bejn popli differenti u sabiex eventwalment jinħoloq ambjent aktar demokratiku.  Meta oriġinat fl-1889, din l-Unjoni kellha rapreżentanza ta’ nisa baxx ħafna u dan kien jirrifletti l-istess fil-parlamenti nazzjonali.  Madankollu, fl-1978 grupp ta’ nisa parlamentari bdew jinvolvu ruħhom b’mod attiv.  Sa l-1983 il-laqgħat bejn dawn in-nisa kienu jsiru fuq bażi informali, pero’ fl-istess sena urew ix-xewqa li jingħaqdu f’assoċjazzjoni taħt l-umbrella ta’ l-Unjoni Inter-Parlamentari. 

Din l-Unjoni malajr bdiet tikseb riżultati posittivi ma dak li għandu x’jaqsam ugwaljanza bejn il-ġendru.  Dawn jinkludu aktar sensittivita’ lejn is-suġġett, għarfien li l-inklużjoni tal-mara fil-politika iżżid id-demokrazija, parteċipazzjoni biex tinqered il-vjolenza fuq il-mara, anqas sterjotipi, formazzjoni ta’ mekkaniżmu biex tiżdied l-ugwaljanza bejn il-ġendru u l-inklużjoni tal-mara fl-istruttura ta’ din l-Unjoni.  Infatti l-istatuti ta’ l-Unjoni Inter-Parlamentari ġew emendati b’tali mod li fl-1987 n-nisa setgħu jiġu eletti fil-Kumitat Eżekuttiv, fl-1988 leħqu l-ewwel nisa bħala viċi-President u fl-1999 il-President kienet mara.  Is-sena l-oħra, 2005, in-nisa Membri Parlamentari fl-assembleji tal-Unjoni Inter-Parlamentari ammontaw għal-madwar 35% tal-parlamentari kollha. 

DOI  06.12.2006

6.89 Kbytes Last Modified on 06th December, 2006

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow