Left arrow Go Back

XOGHOL TA’ RESTAWR FIL-VILLA TAL-ĠONNA TA’ L-ARGOTTI

PR1679
Date Icon 06/12/2006

Il-Ġonna ta’ l-Argotti nbnew fuq art mixtrija mill-Balliju de Argote et Guzman fi żmien li kien Gran Mastru ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann Manoel Pinto de Fonseca. L-entratura kienet ħdejn il-Kurja Arċiveskovili. Il-Balliju De Argote żied din l-art mal-ġonna privati tiegħu, li allura kienu magħrufa bħala l-Ġonna ta’ Sarria, u bena entratura ġdida, dik li għadha tintuża sal-lum. Fuq il-post De Argote bena villa u numru ta’ stalel għaż-żwiemel. L-istalel inbidlu f’uffiċċji amministrattivi waqt li l-villa qed tkun restawrata. 

Il-Ġonna Botaniċi ta’ l-Argotti bdew bħala Orto Medico minn Dr Giuseppe Zammit, kappillan ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Dan kien ekwivalenti għal Physic Gardens li f’dawk iż-żminijiet kienu qed jikbru fil-popolarita’ ma’ l-Ewropa. L-iskop ta’ Dr Zammit kien li jiffaċilita l-istudju tal-mediċina.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech illum żar ix-xogħlijiet ta’ restawr li qed isiru f’Villa De Argote li qiegħda fuq in-naħa botanika tal-ġonna.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li meta l-kuratur tal-Ġonna ta’ l-Argotti, permezz ta’ l-Universita’ ta’ Malta, talab għal għajnuna biex tiġi restawrata l-villa, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qablet li tagħti għajnuna ta’ Lm8,000. Hu qal li dan sar  mhux biss għaliex Villa de Argote kienet bini storiku li jmur lura aktar minn 250 sena u mhux biss għaliex l-ġonna botaniċi jafu l-bidu tagħhom madwar l-1674, iżda anke għaliex dawn il-ġonna kienu attrazzjoni sew għall-Maltin kif ukoll għat-turisti.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li kien mgħarraf li darba l-villa tiġi restawrata din kienet ser tinbidel b’mużew botaniku li jinfetaħ għat-turisti fuq talba tagħhom stess. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li dawn il-ġonna diġa’ qed isirulhom żjarat minn tfal ta’ l-iskejjel. Hu qal li l-ftuħ ta’ dan il-bini storiku għat-turisti ser ikompli jikkontribwixxi biex ngħollu l-prodott turistiku Malti. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ġie mdawwar max-xogħlijiet ta’ restawr li qed isiru fil-villa. F’isem l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu hu ppreżenta ċekk lil Joseph Buhagiar, kuratur tal-Ġonna Botanaċi.

DOI   06.12.2006

4.5 Kbytes Last Modified on 06th December, 2006

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow