STUDENTI JISTGĦU JIRREĠISTRAW GĦAS-SOFTWARE TAL-MICROSOFT FL-UNIVERSITÀ JEW L-MCAST
L-allejanza strateġika bejn il-Microsoft u l-Gvern irriżultat f-inizjattiva oħra għall-istudenti u għalliema Maltin kollha. Għat-tielet darba, il-Ministeru għall-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni flimkien mal-Microsoft qed iniedu offerta oħra tas-software.
L-offerta l-ġdida tikkonsisti fil-Windows Vista Ultimate Upgrade u Office 2007 Enterprise. Din l-offerta tista’ tiġi akkwistata mill-għalliema u studenti għall-prezz ta’ Lm 46 (VAT inkluża).
Għalfejn għandi nirreġistra?
· Permezz ta’ din l-offerta l-istudenti u l-għalliema se jkunu minn ta’ l-ewwel fid-dinja li jibbenefikaw minn dan is-software ġdid bi prezz imraħħas ħafna.
· Dan is-software qed jinbiegħ madwar Lm300 orħos mill-prezz kummerċjali li normalment jinbiegħu dawn il-prodotti.
· Il-verżjoni tas-software li qed jingħata huwa l-iktar wieħed estensiv u joffri numru ta’ faċilitajiet li ma ssibhomx fil-verżjoni li ġeneralment tingħata għall-użu fid-djar.
· Is-software tal-Microsoft huwa użat mill-maġġoranza tad-djar u kumpaniji u għalhekk l-użu ta’ dan is- software ġdid ser iqarreb iktar l-istudent lejn il-post tax-xogħol hekk kif kumpaniji madwar id-dinja ser jibdew jużaw il-Vista fuq il-kompjuters tagħhom.
Din l-offerta hija miftuħa għall-istudenti u l-għalliema li xtraw jew ser jixtru it-tieni pakkett tas-softwer magħruf bħala l-HelloIT li ħareġ fl-2005. Dan il-pakkett jinbiegħ għall-prezz ta Lm13.99 (Vat inkluża), u jinkludi l-Office Pro 2003, l-Encarta Reference Library Premium Suite 2005, il-Visual Studio.Neta 2003 u licenzja tal-Class Server. Dawk li jixtru l-pakkett tal-HelloIT ikunu ntitolati li jirreġistraw għall-Vista.
Ir-reġistrazzjoni għall-Vista tista’ issir sal-15 ta’ Diċembru 2006. Kull min jirreġistra għandu jippreżenta kopja tal-liċenzja tal-pakkett tal-HelloIT jew l-ittra li rċevew mill-Ministeru flimkien mal-Karta ta’ l-Identita`. Qed jintalab Lm10 depożitu mar-reġistrazzjoni tal-Vista. Il-pakkett tal-HelloIT jista’ jinxtara minn kull fergħa tal-Maltapost.
Studenti ta’ l-Universita` u l-MCAST jistgħu jużaw l-iSmart Card biex jixtru l-HelloIT u jirreġistraw għall-Vista. Reġistrazzjonijiet fl-Universita` jistgħu jsiru l-Computer Services Centre fil-ħinjiet ta’ l-uffiċċju (sal-15 ta’ Diċembru). Reġistrazzjonijiet fl-MCAST se jsiru fil-Foyer ta’ l-Amministrazzjoni, il-Ħamis 7 ta’ Diċembru bejn id-9:30 u s-14:30.
Ħu vantaġġ minn din l-offerta unika u mur irreġistra għas-software il-ġdid.
Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mis-sit miti.gov.mt jew inkella billi tibgħat e-mail fuq iss@gov.mt jew fuq 21255495.
DOI 06.12.2006
6.77 Kbytes Last Modified on 06th December, 2006
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958