STQARRIJA TAL-GVERN DWAR IS-SENTENZA TAL-QORTI IN KONNESSJONI MA’ L-ALLEGAZZJONIJIET LI SARU DWAR L-GĦOTI TAT-TENDER TA’ L-APPARAT MEDIKU GĦALL-ISPTAR MATER DEI
PR1660
01/12/2006
Il-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti dwar l-allegazzjonijiet u l-qlajjiet rigward l-għoti tat-tender ta’ l-apparat mediku għall-Isptar Mater Dei.
Din tikkonferma dak kollu li dejjem sostna l-Gvern, jiġifieri li l-proċess tal-għoti tat-tender kien korrett u l-allegazzjonijiet kienu biss fabbrikazzjoni kriminali.
Is-sentenza tal-Qorti tipprova wkoll li l-allegazzjonijiet li saru mill-Oppożizzjoni kontra l-Gvern u kontra l-ex Ministru John Dalli kienu kollha infondati.
Il-Gvern ser jitlob parir dwar jekk għandux ifittex għad-danni.
DOI – 01.12.2006
2.36 Kbytes Last Modified on 01st December, 2006
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958