Left arrow Go Back

IL-KORPORAZZJONI ENEMALTA TOFFRI PREZZIJIET STABBLI TAŻ-ŻJUT SA FRAR 2007 U TRAĦĦIS FIT-THIN FUEL OIL U FIS-SURCHARGE FUQ L-ELETTRIKU U L-ILMA

PR1642
Date Icon 29/11/2006

Il-Korporazzjoni Enemalta llum kitbet lill-Awtorità dwar ir-Riżorsi u: 

-      talbet awtorizzazzjoni biex tnaqqas is-surcharge fuq l-elettriku minn 59.5% għal 54% b’effett mill-ewwel reviżjoni li jmiss (1 ta’ Jannar 2007);  

-     talbet awtorizzazzjoni biex tnaqqas il-prezz tat-Thin Fuel Oil (żejt użat mill-industrija) bejn Lm 6.50 u Lm 8 kull tunnellata b’effett mir-reviżjoni li jmiss tal-prezzijiet taż-żjut (1 ta’ Dicembru 2006); u 

-      infurmatha li se żżomm il-prezz preżenti għall-petrol, petrol bla ċomb, diesel. pitrolju u light heating oil sa l-aħħar ta’ Frar 2007 peress li l-ħażniet li għandha u li nxtraw fix-xhur li għaddew huma biż-żejjed biex ikopru d-domanda. 

Fir-rigward tas-surcharge, it-tnaqqis – għat-tieni darba konsekuttiva – hu dovut għal tliet fatturi prinċipali:  

-     is-sussidju tal-Gvern lid-djar kollha f’Malta u Għawdex, lill-industrija u lil-lukandi; 

-     l-istrumenti finanzjarji differenti applikati mill-Enemalta fix-xiri taż-żejt mis-swieq internazzjonali; u 

-     l-movimenti – dan l-aħħar pożittivi – tas-swieq internazzjonali. 

Din it-tabella komparattiva li turi l-livell ta’ surcharge f’xenarji differenti. It-tabella t’hawn fuq turi biċ-ċar li l-element determinanti fil-kontroll tas-surcharge hu s-sussidju tal-Gvern.

Xahar

Rata tas-Surcharge (%)

Bis-sussidju mingħajr hedging

Bil-hedging mingħajr sussidju

Mingħajr sussidju u mingħajr hedging

Nov-05

55

55

84

84

Jan-06

47.5

49

75

76

Mar-06

67.5

67

92

91

Mejju-06

64

64

86

85

Lulju-06

62

61

81

79

Sett-06

63.5

69

81

86

Nov-06

59.5

57

74

71

Jan-07

54

66

 Fir-rigward taż-żjut l-oħra, ir-raguni prinċipali ta’ l-istabbiltà tal-prezzijiet hi x-xiri bil-għaqal tal-Korporazzjoni Enemalta – prinċiparjament f’Ottubru u l-bidu ta’ Novembru – fejn inħolqot ħażna biż-żejjed biex tkopri l-bżonnijiet tal-pajjiż sa l-aħħar ta’ Frar 2007. Dan wara t-tnaqqis qawwi fil-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti li fl-1 ta’ Novembru 2006 waqqa’ l-prezz tal-petrol bi 3ċ7 kull litru u tad-diesel bi 3ċ4 kull litru. L-effett ta’ dak it-tnaqqis issa hu garantit għal 4 xhur b’vantaġġ għall-konsumaturi u għas-settur kummerċjali Malti. 

Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni ta direzzjoni wkoll lill-Enemalta biex timxi wkoll lejn politika li tħabbar kmieni ċ-ċaqlieq previst – pożittiv jew negattiv – fil-prezzijiet kemm tas-surcharge kif ukoll taż-żjut li jinbiegħu mill-pompi.  Dan nemmnu li hu ta’ vantaġġ kbir kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-konsumaturi li b’hekk ikun jistgħu jippjanaw aħjar l-infieq tagħhom.  Dan ikun aktar possibbli f’suq internazzjonali stabbli bħal m’hu bħalissa u konsegwentement jekk dan l-għan jintlaħaqx konsistentement jiddependi ħafna minn fatturi esterni li l-Enemalta m’għandhiex kontroll fuqhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow