CHAIRMAN ĠDID GĦALL-KUMMISSJONI NAZZJONALI FOLKLOR
George Zahra nħatar Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor wara li Alfred Chetcuti rriżenja minn din il-kariga għal raġunijiet personali. George Zahra ngħata din il-ħatra b’effett immedjat mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech. Huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi Chairman ta’ l-istess Kummissjoni.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech irringrazzja lil Alfred Chetcuti għall-ħidma tiegħu favur il-folklor f’pajjiżna filwaqt li awgura lil George Zahra ħidma mill-aqwa fil-kariga l-ġdida tiegħu.
George Zahra twieled nhar il-5 ta’ Frar, 1935. Ircieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kullegg De La Salle u beda jaħdem it-Tarzna fl-1950 fejn qatta’ 45 sena. Bejn l-1976 u 1982 kien ukoll membru tal-Kunsill tat-Tarzna. Illum George Zahra huwa pensjonant.
George Zahra daħal membru tal-Kumitat Festi Nazzjonali fl-1971. Fl-2001, meta ġiet formata għall-ewwel darba l-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, hu ngħata l-kariga ta’ Viċi Chairman. Bejn l-1996 u l-1999 serva ukoll ta’ Chairman tal-Kumitat tal-Karnival.
George Zahra hu miżżewweġ lil Agnes neè Brown u għandu tifla Annette.
Il-Kummisjoni Nazzonali Folklor hija responsabbli għall-organizazzjoni ta’ diversi attivitajiet nazzjonali nkluż il-Karnival u George Zahra huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar li għandu esperjenza vasta f’dan il-qasam.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958