Left arrow Go Back

‘GĦAL KULĦADD MILL-ANZJANI’, FIERA TAL-MILIED F’SAN VINCENZ DE PAUL

PR1589
Date Icon 21/11/2006

Hekk kif resqin lejn il-festi sbieħ tal-Milied, l-anzjani residenti f’San Vincenz de Paul ukoll bdew bil-tħejjijiet tagħhom bi preparazzjoni għal dawn il-festi, permezz ta’ fiera li qed tittella’. L-għan tal-fiera hu li niċċelebraw il-ħidma ta’ sena sħiħa tal-anzjani li jattendu l-Occupational Therapy Unit f’din ir-residenza. Din l-attivita’ tagħtina wkoll l-opportunita’ li napprezzaw li l-anzjani tagħna għandhom bosta ħiliet li jridu jkomplu jiġu żviluppati u kultivati minkejja l-eta’. Il-fiera li ġiet inawgurata dal-għodu mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Helen D’Amato, ser tibqa’ miftuħa sa nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru. Fost l-affarijiet li wieħed isib għall-bejgħ, insibu bosta pjanti u xogħlijiet oħra ta’ crafts maħduma mill-istess anzjani li jattendu l-Occupational Therapy Unit  f’din ir-residenza. L-oġġetti jvarjaw minn xogħlijiet ta’ knitting, crochet, wicker, arkett u njam fost oħrajn. 

L-Onor. D’Amato filwaqt li ferħet lill-anzjani għax-xogħol li rnexxielhom jagħmlu tul din is-sena, rringrazzjat lill-ħaddiema għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom. Hija qalet li l-Occupational Therapy mmexxija mis-Sinjura Antoinette Laferla, hija ferm utli għar-riabiltazzjoni tal-pazjenti għaliex permezz ta’din it-terapija huma jkunu qed iħaddmu diversi partijiet ta’ ġisimhom kif ukoll moħħhom. Hija qalet li l-Occupational Therapy Unit ittella diversi attivitajiet għal dawn l-anzjani, u din is-sena għall-ewwel darba bdew jittellgħu cookery sessions fis-swali, ezerċizzju li kien suċċess u li l-anzjani jieħdu ferm gost jagħmlu.  

‘‘Huwa ferm importanti li nagħmlu użu mill-ħiliet ta’ l-anzjani tagħna, għaliex dawn għandhom ferm x’joffru, u għalhekk huwa d-dmir tagħna li nagħrfu nagħmlu użu tajjeb mill-ħiliet ta’ l-anzjani tagħna,” kompliet tgħid l-Onor D’Amato.  

Din il-fiera ser tkun miftuħa mill-21 ta’ Novembru sas-Sibt 26 ta’ Novembru bejn id-9.00  a.m. u l-5.00 p.m.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow