SIR GRAEME DAVIES, VIĊI KANĊILLIER TA' L-UNIVERSITA' TA' LONDRA, JILTAQA' MAL-PRIM MIISTRU
Il-Viċi Kanċillier ta' l-Universita' ta' Londra, Sir Graeme Davies għamel żjara ta' kortesija lilll-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, fil-Berġa ta’ Kastilja. Sir Graeme kien akkumpanjat minn delegazzjoni ta' professuri mill-kulleġġ prestiġjuż Goldsmiths. Matul iż-żjara f'Malta, id-delegazzjoni kellha wkoll numru ta' laqgħat ta' livell għoli ma' Ministri, ir-Rettur ta' l-Universita' ta' Malta, u ma' membri ta' l-istampa.
Il-laqgħa mal-Prim Ministru hi sinjal ċar li universitajiet barranin ta' reputazzjoni, huma iktar milli milqugħa biex jiftħu f'Malta u jipprovdu opportunitajiet għal studenti Maltin u internazzjonali, biex jistudjaw f'livell terzjarju. B'hekk l-Universita' ta' Malta, Universita' bi storja twila ta' eċċellenza, jissieħbu magħha istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja ta' l-ogħla reputazzjoni possibbli.
It-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Għolja huwa żvilupp importanti f’dan il-qasam. Żvilupp ieħor kien l-aħbar tal-Gvern fid-diskors tal-budget li mis-sena akkademika li ġejja, l-istudenti li jkunu qed jistudjaw għal degrees f'istituzzjonijiet edukattivi terzjarji privati, se jkunu jistgħu igawdu wkoll minn maintenance grants skond rakkomandazzjonijiet li għandhom isiru minn din il-Kummissjoni.
“Il-Gvern Malti stabbilixxa l-viżjoni tiegħu li jiżviluppa lil Malta f’ċentru ta’ eċċellenza fis-servizzi edukattivi u li r-riċerka u l-innovazzjoni se jkunu msaħħa. Ir-riċerka u l- innovazzjoni huma rikonoxxuti bħala elementi importanti għal soċjeta' bbażata fuq it-tagħrif, u f'dan ir-rigward il-Gvern Malti adotta strateġija ta' eċċellenza fil-pajjiż’, qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
“Hi preciżament din il-klima li qed tgħin toħloq relazzjonijiet aktar b'saħħithom bejn St Martin’s Institute of IT u l-Universita' ta' Londra. Aħna ninsabu anzjużi li ħabbarna kollaborazzjoni fuq it-tnedija ta' istitut ta' riċerka ġdid għal Malta, li se jiffoka fuq l-applikazzjoni ta' l-IT fl-isfera ta' l-arti, kultura u wirt,” qal il-Prinċipal ta' St Martin’sInstitute of Information Technology, Charles Theuma.
“L-Universita' ta' Londra se tkompli tassisti lil St Martin's Institute of IT iżżomm l-istess livelli ta' edukazzjoni terzjarja internazzjonali tal-kalibru u r-reputazzjoni ta' l-Universita' ta' Londra,” qal il-Viċi Kanċillier Sir Graeme Graeme. “St Martin’s Institute of IT ilu jagħti sehem importanti għal għexieren ta' snin fil-qasam ta' l-edukazzjoni f'Malta, u għal snin twal ukoll kellna relazzjonijiet eċċellenti. Aħna ferħana li qed nikkoperaw,” temm jgħid.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958