Left arrow Go Back

FESTIVAL U KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KORIJIET

PR1569
Date Icon 17/11/2006

Il-Festival u Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Korijiet kien organizzat f’Malta fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet  mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien mal-Organizazzjoni Internazzjonali Interkultur.  

Minbarra l-fażi kompetittiva, dan il-festival serva biex il-ħames mitt korist li kien hawn f’pajjiżna qasmu l-esperjenzi tagħhom flimkien billi attendew għal sessjonijet ta’ teknika u taħriġ min-nies leġġendarji fil-qasam tal-kant korali bħal Sir David Willcocks, il-Professur Andre’ J. Thomas u Gary Graden.  

Il-korijiet taw ukoll  kunċerti ghall-pubbliku fit-toroq u l-pjazez tal-belt Valletta, fil-Mużew Marittimu il-Birgu u f’diversi parroċċi u knejjes tagħna fil-quddies tal-Ħadd filgħodu.  

L-avvenimenti prinċipali, fosthom is-servizz Inter-Reliġjuż fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann u l-Gala Concert flimkien ma’ l-Orkestra Nazzjonali, intlaqgħu tajjeb kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-koristi.  

Mil-lat kompetittiv il-kriterji li ntuzaw ghall-aġġudikazzjoni kienu skond il-kriterji stabbiliti mill-Musica Mundi u r-riżultati miksuba mill-korijiet jgħoddu wkoll għall-klassifika mondjali. Il-kompetizzjoni tal-kant sagru saret fil-knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta, filwaqt li l-kompetizzjoni tal-kant sekulari u folk saret l-MITP. 

Din hija l-lista tal-korijiet li laħqu l-livell tad-deheb u b’hekk rebħu wkoll il-kategoriji rispettivi:

      ·        Sjolund Kammerkor – Danimarka
·        Dristvo Zenski Akademski Pevski Zbor Vugas – Polonja
·        Cantores Cathedrales – Svezja
·        Sempre Balansi – Finlandja
·        Longgang Female Teachers’ Choir – Cina

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow