Left arrow Go Back

IR-RABA’ LAQGĦA FIS-SENSIELA “IL-MINISTRU FOSTKOM”

PR1568
Date Icon 17/11/2006

It-raba’ laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” ser issir nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru.

Din id-darba jmiss lin-nies li huma residenti fl-irħula ta’ San Ġwann, l-Imsida, Ta’ Xbiex, il-Ġżira u l-Għargħur. Il-laqgħa ser issir bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofs in-nhar fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.

F’dawn it-tliet siegħat il-Ministru Cristina ser tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu  appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w in-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa n-nies jidħlu għall-appuntament mal-Ministru skond min ikun ċempel l-ewwel.

Minħabba li ma jkunx possibbli li l-Ministru Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, in-nies jistgħu jingħataw appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser jkunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar. Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispjeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jiffissa l-appuntament. Min ma jċemplix xorta waħda jista’ jiġi l-Kunsill Lokali u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard. 

Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi.   

Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta u Għawdex. Għalhekk in-nies huma mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow