AVVIŻ MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA DWAR IL-MEDIĊINA ‘STATIN'
PR1533
10/11/2006
B’effett immedjat, id-Dipartiment tas-Saħħa jinforma li l-mediċina ‘Statin’, li tniżżel il-level tax-xaħam fid-demm, se tingħata b’xejn lil dawk l-individwi li għandhom ’il fuq minn ħamsa u sebgħin (75) sena u li għandhom il-livell tal-kolesterol għoli.
Dan ifisser li dawk il-persuni li waslu għal 75 sena u li ġa jieħdu din il-mediċina se jkomplu jeħduha b’xejn; kif ukoll persuni li għandhom ’il fuq minn 75 sena u li kienu jieħdu l-mediċina ‘Statin’ fil-passat jew li għandhom bżonn din il-mediċina għall-ewwel darba, huma wkoll intitolati li jieħduha b’xejn.
Barra minn hekk, dawk il-pazjenti li jbatu min-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni fil-qalb u li sofrew minn xi attakk tal-qalb, jew li għamlu Percutaneous Coronary Intervention, jew Coronary Artery Bypass, se jkunu ntitolati għall-mediċina Statin, anke jekk il-livell tal-kolesterol fid-demm huwa baxx.Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958