Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR TONIO FENECH, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI WAQT IT-TNEDIJA TA’ SERVIZZI GODDA ONLINE MID-DEPARTMENT TAL-CAPITAL TRANSFER DUTY – SAN ĠILJAN - 10 TA’ NOVEMBRU 2006

PR1527
Date Icon 10/11/2006

Matul dawn l-aħħar erba' snin id-Dipartiment tat-Taxxi Interni niedha diversi riformi biex ikun aktar effiċjenti u jaghti servizz aħjar lill-pubbliku u l-intraprizi.  F'dawn ir-riformi, id-Dipartiment mexa maż-żminijiet u beda proċess biex dawk li jirrappreżentaw lit-taxpayers f’pajjizna permezz tal-uzu ta’ l-informatika jkunu jistgħu jiġbru l-informazzjoni meħtiega, iwettqu ħlasijiet u jagħmlu xogħol relatat ieħor mill-Uffiċċji tagħhom.  

Żewg inizjattivi ta' suċċess f'dan il-qasam kienu s-servizzi fuq l-Internet offruti lit-Tax Practitioners u l-Employers, biex il-formoli li huma jissottomettu f'isem il-klijenti u l-impjegati tagħhom, jagħmluh mill-uffiċċju tagħhom, minn fuq sistemi li jaħdmu permezz ta’ l-Internet b'mod sikur u effiċjenti.  Dawn is-sistemi huma disinjati biex jirrispondu rigward żbalji u nkorrettezzi oħra mill-ewwel u jagħtu l-vantaġġ li jkollok riċevuta ta' dak li bagħat dak il-ħin.  Is-sistemi jgħinu wkoll lil min jużahom biex inaqqas l-iżbalji li jista' jagħmel f'kalkolazzjonijiet u f'dettalji tal-liġi f'każi mhux daqshekk komuni.   

Dawn is-sistemi jgħinu wkoll lid-Dipartiment, barra lil dawk li jużawhom, għax iħallu lid-Dipartiment riżorsi li flok joqgħodu jikkupjaw il-karti li jintbgħatu, jagħmlu xogħol iktar utli.  Is-suċċess ta' dawn is-sistemi kien wieħed impressjonanti: 82% fil-mija tal-formoli tat-taxxa tal-kumpanniji daħlu permezz ta dan il-mezz, u madwar 62% tal-Employers privati li jħaddmu iktar minn disa' impjegati jibgħatu 70,000 dokument minn fuq l-internet.  Tajjeb nghid li dawn in-numri dejjem qed jiżdiedu minn sena ghal oħra.  Dawn is-servizzi waslu wkoll biex prattikament tneħħiet l-inkonvenjenza li wara li l-formoli jidħlu fid-Dipartiment, jiġu mibgħuta kontijiet bi żbalji ta' kkupjar jew interpretazzjoni ta’ dak li l-uffiċjali jaqraw minn fuq il-karti.  Id-Dipartiment flimkien mal-MITTS jiżviluppaw dawn is-servizzi flimkien ma' min jużahom u wara l-implementazzjoni, il-prodott jibqa' jiġi żviluppat u addattat għal ħtiġijiet ta' kulħadd. 

Bil-bidla li saret fir-reġim tal-Qliegh fuq it-Taxxa Kapitali, issa jmiss li dan is-settur ukoll jigi mgħejjun biex ikun aktar effiċjenti, billi jingħata l-faċilitajiet biex iwettaq l-obbligi tiegħu aħjar, billi jitħaffef ix-xogħol u jingħata l-għodda biex il-kalkulazzjonijiet u dettalji oħra jiġu ċċekkjati awtomatikament għall-benefiċċju tagħkom bhala nutara, tal-klijenti tagħkom u tad-Dipartiment.  Dawn is-servizzi jgħinu wkoll biex il-proċessi li tħabbtu wiċċkom magħhom, jiġu eżaminati biex jekk m'hemmx bżonnhom, jitneħħew; u fejn hemm bżonnhom jiġu simplifikati u mħaffa.   

Naturalment id-dinja ma saritx f'daqqa, għalhekk dan ix-xogħol li qed jiġi mwettaq bejnkom, id-Dipartiment u l-MITTS, għadu biss il-bidu biex intom ikollkom servizzi mill-uffiċċji tagħkom ħalli jitħaffef ix-xogħol u anke jonqsulkom l-ispejjeż.  Dan żgur ikun għal benefiċċju tagħkom, tad-Dipartiment u tat-taxpayers.  

Il-Kompjuterizzazjoni tal-CapitalTransfer Duty bdiet ferm wara dik tad-Diviżjoni tat-Taxxi Interni, iżda saru avvanzi kbar li minnhom ibbenefika kulħadd u issa qegħdin nimxu flimkien maż-żminiijiet, biex nagħtukom servizzi mill-uffiċċju tagħkom u tinqdew b'inqas inkonvenjenza.  Dawn is-servizzi se jservu biex tibgħatu formoli, twettqu ħlas u anke jkollkom għajnuna waqt il-kalkulazzjonijiet tat-taxxa fuq il-qliegħ kapitali u l-boll.   

Barra minn hekk ħa tkunu tistgħu tapplikaw għal diversi servizzi on-line mill-uffiċċju tagħkom (Non-Residents, Reduced Rates of CGT, Duty on Document Exemptions) u wkoll tkunu tisgħu tiċċekkjaw informazzjoni mogħtija lilkom mill-klijenti (bħal ID Card) on line.  Dan għadu biss il-bidu, għax żgur li wara li nibdew b'dawn is-servizzi u nitgħallmu minnhom, nimxu biex inwettqu oħrajn (bħal causa mortis).  Dan għal benefiċċju tagħkom, tad-Dipartiment u tat-Taxpayers b'mod in ġenerali. 

Nirringrazzjakom u nawguralkom ħidma tajba li twassal għal benefiċċji hawn fuq imsemmija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow