Left arrow Go Back

ĦIDMA BIEX TKOMPLI TINXTERED IL-KULTURA FOST IT-TFAL

PR1521
Date Icon 09/11/2006

Heritage Malta, flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali Maltija għall-UNESCO u l-Bank of Valletta qed tniedi t-tieni proġett maħsub biex it-tfal Maltin u Għawdxin isiru aktar konxji mill-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna. L-ewwel ktieb ippubblikat taħt dan il-proġett kien dwar il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur u rriżulta li kien popolari ħafna fost it-tfal li żaru dan is-sit storiku. 

It-tieni proġett f’din is-sensiela hu dwar it-tempji ta’ Ħal Tarxien. Ittellgħu  u ġew stampati workbooksgħat-tfal u ser ikunu organizzati  attivitajiet għat-tfal fil-post ta’ dan is-Sit ta’ Wirt Dinji. Il-proġett jinkludi wkoll handbook li għandu jgħin lill-għalliema li jżuru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien mal-klassijiet tagħhom u hekk jiggwidawhom tul il-lezzjonijiet dwar dan is-suġġett qabel u wara ż-żjara. 

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni  Louis Galea u l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech kienu preżenti għat-tnedija ta’ dan il-proġett.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern kien jinkoraġixxi proġetti bħal dawn għaliex inisslu fit-tfal imħabba lejn il-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna. Hu qal li aktar ma’ t-tfal jitgħallmu minn meta għadhom żgħar dwar l-għeruq tagħhom aktar jikbru kburin dwar is-7,000 sena ta’ storja ta’ artna. 

“L-istorja u l-kultura huma wkoll niċċa mportanti ta’ l-industrja turistika. Bejniethom, dawn jattiraw lejn pajjiżna  aktar minn 170,000 turist fis-sena. Is-sena li għaddiet żaru l-Mużewijiet u s-siti storiċi f’Malta u Għawdex 1,306,845 persuna. It-tempji ta’ Ħal-Tarxien żaruhom 104,514 persuna. Dan juri l-interess qawwi li hawn fl-istorja ta’ pajjiżna, li nagħmlu tajjeb li ngħallmuha lit-tfal tagħna minn żgħar għaliex huma jridu jkunu l-għalliema ta’ għada,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li l-Gvern hu obbligat li jipprovdi riżorsi u opportunitajiet għal ulied il-poplu biex japprezzaw u jsiru jafu aktar dwar l-istorja ta’ pajjiżna.  Hu qal li t-tfal jitgħallmu l-aktar meta jkunu qed jieħdu gost u fil-fatt, opportunitajiet bħal dawn mhux biss joffru lill-istudenti tagħlim dwar l-istorja, imma tista’ tkun opportunità biex huma jtejjbu ħiliet oħrajn bħalma huma l-qari, ir-riċerka, l-arti, l-espressjoni kreattiva u tant affarijiet oħrajn.   

Il-Ministru Galea qal li minn meta nħolqot Heritage Malta, seħħew bidliet importanti fil-mod kif il-wirt storiku ta’ pajjiżna qed jiġi ppreżentat, partikolarment biex dawn iservu ta’ tagħlim għall-poplu Malti u għat-turisti li jżuruna.   

“Ilkoll naqblu li pajjiżna għandu wirt ta’ l-akbar valur u li t-turiżmu f’pajjiżna qiegħed dejjem aktar jiddependi minnu.  L-ospitalità tal-Maltin, d-diversità ta’ l-attivitajiet li wieħed jista’ jsib f’pajjiżna u l-wirt storiku u kulturali awtentiku li għandna huma s-sisien li fuqhom irridu nkomplu nibnu t-turiżmu f’pajjiżna.  Poplu edukat u mgħarraf sew dwar il-wirt u l-patrimonju storiku li jagħmilna uniċi, hu l-aħjar riklam li nistgħu nagħmlu” 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow