Left arrow Go Back

INIZJATTIVI MILL-KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI

PR1504
Date Icon 03/11/2006

 ‘Teatru Unplugged’ jinsab  fid-disa’ edizzjoni tiegħu. ‘Teatru Unplugged’ jittella’ fit-Teatru Manoel  u hu kunċert live li jippreżenta taħlita ta’ diversi atti mużikali. 

Fil-kunċert ta’ din is-sena ser jipparteċipaw ‘Chasing Pandora’ b’Melissa u Keith Anthony; il-bandfolk lokali ‘Brikkuni’; il-band ‘Muzzle’ b’sett ta’ rock klassiku; Ira Losco u l-band tagħha; u Gianni bil-band ‘Rug’. Il-kummidjanti lokali ‘Zoo’ ser jippreżentaw is-serata. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, meta nieda d-disa’ edizzjoni tal-‘GlobalCapital Teatru Unplugged’, qal li l-kunċerti bħal dan kienu jikkontribwixxu biex f’pajjiżna titkattar il-kultura mużikali. Hu qal li dan il-kunċert daħal fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna billi jittella’ ta’ kull sena fit-Teatru Manoel, u jkun mistenni b’ħerqa minħabba l-livell li laħaq tul is-snin. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal dan il-Gvern kellu għall-qalbu l-kultura. Hu qal li kien b’dan l-iskop li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti din is-sena organizza diversi attivitajiet ġodda fosthom il-Malta Arts Festival fit-Teatru Rjal; il-kunċerti mogħtija mis-Southampton University Orchestra u n-Notte Bianca.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ħabbar li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għandu programm ambizzjuż għat-tliet snin li ġejjin. Hu qal li dan kien jinkludi proġetti innovattivi bħall-Cultural Sponsorship Fund fejn inħajru sponsors privati sabiex jikkontribwixxu lejn attivitajiet kulturali; festival għall-kompożituri fejn inħajru kompożituri żgħażagħ tal-mużika jipproduċu kompożizzjonijiet ġodda kull sena biex jittellgħu live waqt il-festival; u ġimgħa ta’ taħriġ fil-films fejn ekwipaġġ għal taħriġ fil-films joffri lill-applikanti l-possibilta’ li jifhmu l-mod ta’ kif jittelgħu il-films. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li inizjattivi bħal dawn kienu jgħollu l-livell kulturali f’pajjiżna u jikkontribwixxu biex il-poplu jersaq dejjem aktar lejn il-kultura u l-arti. Hu awgura lill-organizaturi ‘GlobalCapital Teatru Unplugged 9’ kull suċċess fil-kunċert tagħhom ta’ din is-sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow