AWTORITA` TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI: IL-FUEL SURCHARGE FUQ L-ELETTRIKU
Kif tħabbar f’Novembru 2005, ir-reviżjoni tar-rata tal-fuel surcharge fuq il-konsum ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinji tal-prodotti, meta dawn jiġu mportati minn barra l-pajjiż. Dan il-prezz jiddependi kemm mill-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali kif ukoll mir-rata tal-kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Lira Maltija.
Mill-aħħar reviżjoni li saret fl-aħħar ta’ Awissu, il-prezzijiet internazzjonali taż-żjut li jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mxew kif ġej matul Settembru – Ottubru 2006:


L-Enemalta tuża l-Fuel Oil għal madwar 90% mill-bżonnijiet tagħha u l-Gas Oil għal madwar 10%.
Bir-rata tal-prezzijiet tal-lum, u fuq il-bażi tal-konsum ta’ l-elettriku f’Settembru – Ottubru 2006, hu stmat li l-fuel surcharge li għandha tinġabar din is-sena hi ta’ Lm36,158,459. Fuq din il-bażi, u mingħajr sussidju tal-Gvern, is-surcharge tlaħħaq l-74.23%.
F’Ottubru 2005, il-Gvern kien introduċa sussidju tranżitorju ta’ 29% tnaqqis mis-surcharge, biex ittaffi l-impatt ta’ l-introduzzjoni tas-surcharge, liema sussidju kellu jitnaqqas kull xahrejn b’rata ta’ 2.42% wara li jiġi wkoll ikkunsidrat il-prezz taż-żejt li tkun qed tħallas l-Enemalta.
Għalhekk, wara li kkunsidrat iċ-ċaqlieq fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali f’dawn l-aħħar xahrejn, l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed tippublika din il-bidla fis-surcharge għall-perjodu Novembru – Diċembru, 2006.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958