Left arrow Go Back

DR FRANCIS AGIUS JILTAQA’ MAL-MINISTRU TA’ L-EKONOMIJA TAR-REPUBLIKA TAS-SLOVAKJA

PR1471
Date Icon 27/10/2006

Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius iltaqa ma’ l-Onor Lubomír Jahnátek, Ministru ta’ l-Ekonomija tar-Republika tas-Slovakja.

 Waqt din iż-żjara ta’ kortesija, s-Segretarju Parlamentari Agius beda biex ta tagħrif ġenerali fuq is-settur tal-Biedja, s-sajd u l-akwakultura ta’ pajjiżna.

 Dr Agius spjega kif jaħdmu l-kooperativi f’pajjiżna b’mod speċjali kif taħdem il-kooperativa tal-ħalib, dan wara li l-Ministru Lubomír Jahnátek wera nteress partikulari f’dan is-settur.

 Dr Agius kompla jgħid kif il-gvern qed jgħin permezz ta’ għajnuna finanzjarja taħt l-iskema SMPPMA. (Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture).

 Dr Agius spjega li minkejja f’Malta għandna suq illiberalizzat, is-swieq tal-Biedja u s-Sajd jinsabu f’qagħda stabbli.  Anke s-suq tal-majjal issa stabilizza ruhu wkoll, tant li qed issir esportazzjoni tal-majjal lejn Sqallija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow