Left arrow Go Back

KJARIFIKA DWAR DEĊIŻJONI TAL-QORTI LI TIDDEFIRIXXI NUMRU TA’ KUMPILAZZJONIJIET

PR1469
Date Icon 27/10/2006

Fil-25 ta’ Ottubru 2006 il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja, ddeċidiet li tiddiferixxi numru ta’ kumpilazzjonijiet għar-raġuni li kienu għadhom ma waslux għandha l-atti mill-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali u dan ġie mxandar fil-ġurnali u fuq il-mezzi tax-xandir. 

Għandu jingħad li l-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali għandu skond il-liġi żmien xahar mid-data li jirċievi l-atti tal-kumpilazzjoni sabiex jibgħat lura l-atti lill-Qorti. 

Fil-każijiet kollha li ġew differiti l-Avukat Ġenerali kien bagħat lura l-atti lill-Qorti fi żmien xahar skond il-liġi. 

Difatti, l-atti kollha in kwistjoni kienu l-Qorti għall-ħabta tas-1.30 p.m. fid-data in kwistjoni iżda l-kawżi kienu laħqu ġew differiti. 

Dak li ġara kien li meta l-Qorti stabbiliet id-data tas-smigħ, ma ħaditx kont biżżejjed taż-żmien mogħti mil-liġi lill-Avukat Generali sabiex jagħmel ir-rinviju.

Maniġġjar aħjar tal-kawżi jevita li jiġri dak li ġara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow