Left arrow Go Back

L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JISTENNA MĠIEBA PROFESSJONALI MILL-ĠURNALISTI KOLLHA

PR1468
Date Icon 26/10/2006

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħa nota ta’ l-istqarrijiet li għamlu llum l-Istitut tal-Ġurnalisti u l-Kumitat tal-Ġurnalisti.  Dan l-Uffiċċju diġa’ ikkuntattja lil dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet  sabiex jiddiskuti f’aktar dettal il-kontenut ta’ l-istqarrijiet tagħhom, jispjega dak li verament ġara l-bieraħ u bil-għan li jkompli jtejjeb l-aċċessibilita’ għal informazzjoni.

 Fir-rigward tal-konferenza stampa tal-bieraħ, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jispjega dan li ġej:

 1) Il-ħin allokat għall-konferenza imxandra live, bħal konferenza stampa tal-bieraħ, ma jkunx jista jintqabeż.

 2) Għalhekk in-numru tal-mistoqsijiet kellhom jiġu limitati għal mistoqsija waħda minn ħames ġurnalisti, bil-fakulta’ li l-ġurnalisti setgħu jieħdu kummenti kemm iridu mingħand il-Prim Ministru, wara li jiskadi l-ħin tax-xandira.

 3) Qabel bdiet il-konferenza stampa, il-ġurnalisti kienu nfurmati kif ser titmexxa l-konferenza stampa. Għal dan, ħadd minn dawk preżenti ma oġġezzjona.

 4) Il-mistoqsijiet saru f’din l-ordni:

 RTK

Kullħadd (2 mistoqsijiet u 1 supplimentari)

Times of Malta

Malta Independent

Net TV

Fil-fatt, il-ġurnalist ta’ In-Nazzjon Tagħna li wera x-xewqa li jagħmel mistoqsija, imma ma ngħatax il-permess li jagħmilha minħabba dan li ġie spjegat, ma pparteċipax fil-konferenza stampa.  Il-ġurnalista ta’ L-Orizzont ma wrietx interess li tagħmel mistoqsija. Il-ġurnalist tal-One News wasal meta l-arranġament spjeġat hawn fuq kien diġa’ magħluq.

 5) Waqt li l-Prim Ministru kien qiegħed iwieġeb l-aħħar mistoqsija, il-ġurnalist ta’ One News beda jipprotesta u jinterrompi b’imġieba xejn professjonali. Dak il-ħin stess, is-Segretarja Kommunikazzjoni u Stampa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bdiet tipprova tispejga li ser ikollu ċ-ċans li jieħu kumment mingħand il-Prim Ministru wara minħabba l-limitazzjonijiet tal-ħin tax-xandir.

 6) Wara li ntemmet il-konferenza stampa l-ġurnalist ta’ One News ġera għal fuq il-Prim Ministru b’mod imprudenti u aggressiv u pprova jżomm lill-Prim Ministru milli jidħol fl-uffiċċju tiegħu.

 Fil-waqt li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa mpenjat li għandu jagħti aċċess għall-informazzjoni jistenna mġieba professjonali u prudenti mill-ġurnalisti kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow