IL-FORZI ARMATI TA’ MALTA INVOLUTA F’OPERAZZJONI TA’ SALVATAĠĠ
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU, L-ONOR. ANTHONY ABELA
Dalgħodu għal ħabta tat-7.45 a.m., daħlet f’Wied iż-Żurrieq dgħajsa b’25 immigrant irregolari. Minn dawn s’issa ġie stabbilit li 22 huma mis-Somalia (19 irġiel u 3 nisa). It-tlieta l-oħra li huma rġiel huma mill-Eritrea.
Iżjed minn hekk, dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta, permezz tal-Patrol Boat P24, kienu qegħdin isegwu dgħajsa oħra b’madwar 20 immigrant irregolari fuqha. Din kienet żewġ mili ‘l barra minn Delimara u dehret li kienet se tibqa’ tiela’ lejn Sqallija.
Meta kienet diġa’ madwar 8 mili fil-Lvant ta’ Delimara, id-dgħajsa dehret f’daqqa waħda tinqaleb u l-Forzi Armati ta’ Malta marru minnufih biex jagħtu l-għajnuna tagħhom bil-Patrol Boat P24, b’Rescue Launch u żewġ helicopters.
Mill-baħar ittellgħu 17-il persuna filwaqt li tnejn oħra nstabu mejta. Fost iż-żewġ immigranti li ttellgħu mejta kien hemm mara tqila.
Żewġ immigranti oħra lkoll ġew salvati minn patrol boat tal-FAM li ttieħdu l-Isptar San Luqa għall-osservazzjoni permezz tal-helicopter.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958