Left arrow Go Back

TISBIĦ TAZ-ZUNTIER TAL-KNISJA PARROKKJALI TAŻ-ŻURRIEQ

PR1445
Date Icon 24/10/2006

Il-Knisja hija ċ-ċentru ta’ kull raħal u belt f’pajjizna. L-istil ta’ l-arkitettura kif ukoll iz-zuntier li jdawwar kull Knisja Parrokkjali jkomplu jsebbħu u jżejjnu l-pjazez ta’ pajjiżna. Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit meta kien qed iżur xogħlijiet li qed isiru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fiż-Zurrieq. 

Il-proġett jikkonsisti f'tibdil tal-materjal tat-taraġ, tal-madum taz-zuntier u dak tal-bankina li jdawwar l-istess zuntier. Minħabba li d-disinn tat-taraġ huwa kemm xejn kumplikat, ġie deċiż li t-turġien jiġu ordnati skond pjanti u disinji mfassla apposta u kull tarġa ġiet maqsuma skond il-qisien tal-vażi maqtugħa. Il-materjal li se jintuża fit-taraġ kif ukoll fiz-zuntier huwa granit.  Il-kulur tal-granit tat-taraġ hu griż, filwaqt li dak taz-zuntier hu griż aktar ċar.

 Meta kien qed jispjega l-proċess tax-xogħlijiet, il-Ministru qal li, biex seta` jibda t-tqegħid tat-taraġ kellu jitkisser it-taraġ l-antik, u mbagħad inbena bażi tal-konkrit biex jieħu t-turġien tal-granit. It-tfassil u l-għoti tal-konkos qed isiru mill-ħaddiema tal-Gvern, filwaqt li t-taraġ qed jitpoġġa mill-kuntrattur li mporta l-istess taraġ. L-area totali tat-taraġ tlaħħaq għal madwar 125 metru kwadru. Issa li parti sostanzjali mit-taraġ hi kompluta, beda x-xogħol sabiex jiġi pavimentat iz-zuntier. Hawnhekk se jinqala’ l-wiċċ eżistenti li hu magħmul minn madum tas-siment, u ser tingħata sodda tal-konkos li se sservi bħala bażi għat-tqegħid tal-madum tal-granit.

 Il-Ministru spjega li, kif sar ma knejjes oħra fi proġetti simili, hawnhekk ukoll se ssir sistema ġdida ta’ illuminazzjoni li se ddawwal il-Knisja kemm mill-faċċata kif ukoll mill-ġenb tagħha.  L-area kollha taz-zuntier tkopri medda ta’ madwar 325 metru kwadru. Wara li jitlesta l-pavimentar taz-zuntier, se tinbidel il-bankina li ddawwar iz-zuntier u kemm il-kurduna kif ukoll il-pavimentar se jsir b’materjal tal-qawwi.

 Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li dawn ix-xogħlijiet ikomplu jżidu l-lista ta’ xogħlijiet li saru f’diversi pjazez u ċentri f’irħula madwar Malta. Hawnhekk il-Ministru elenka lista ta’ ċentri li tinkludi l-pjazza tal-Mellieha, iċ-ċentru ta’ Ħal-Safi, iċ-ċentru ta’ Ħal-Lija u ċ-ċentru ta’ Ħal-Kirkop. Ma’ dawn għadejjin xogħlijiet fil-pjazza ta’ B’Buga u bdew xogħlijiet fiċ-ċentru tal-Qrendi.

 Ninu Zammit temm jgħid li l-irranġar b’materjal adattat kif ukoll l-illuminazzjoni b’dawl artifiċjali ta’ l-ibliet u l-irħula ta’ dawn iċ-ċentri qed jissarfu f’ambjenti isbaħ kif ukoll fi preservazzjoni aħjar tal-wirt arkitettoniku u vernakulari, li pajjiżna huwa mżejjen bihom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow