MIĊĦUDA ALLEGAZZJONI MAGĦMULA MILL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR L-IMPJANT IMMODERNIZZAT TA’ SANT’ANTNIN
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-Onor Alfred Sant reġa' għal darb'oħra kompla bill-kampanja ta' miżinformazzjoni tiegħu waqt dibattitu politiku li kien qed jieħu sehem fih illum flimkien mal-Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi fuq Radju RTK.
Għal kuntrarju ta' dak li reġa allega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni waqt dan il-programm, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent itenni li l-impjant immodernizzat ta' Sant' Antnin ser jilqa' fih terz ta' l-iskart iġġenerat f'Malta, jiġifieri 71,000 tunnellata ta' skart fis-sena biss. Dan ifisser 10,000 tunnellata ta' skart fis-sena anqas minn dak li huwa liċenzjat illum.
Ta' minn ifakkar li 36,000 tunnellata minn dawn il-71,000 tunnellata fis-sena, huwa materjal li jinġabar mill-Bring In sites. Dan hu kkonfermat mill-Outline Development Permit li ħarget il-MEPA sena ilu, mill-istudji tal-impatt ambjentali u l-applikazzjoni sottomessa lil UE għall-fondi ta' koeżjoni.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent jikkundanna din il-kampanja ta' miżinformazzjoni li għaddeja biha l-Oppożizzjoni u jikkonferma l-inpenn tiegħu li b'investiment ta' aktar minn 17,000-il miljun Ewro, Malta se jkollha impjant modern li jtejjeb l-għejxien tan-nies fil-lokalita’ ta' Wied il-Għajn.
Dan l-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni jikkonferma li l-Oppożizzjoni għandha biss l-interess li timmiżinforma l-pubbliku għall-gwadan politiku.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958