MILL-1 TA’ NOVEMBRU, KULL NEGOZJU SER IKUN JISTA’ JIBQA’ MIFTUĦ F’KULL ĠURNATA SAS-7 TA’ JANNAR 2007
“Permezz ta’ l-emendi li saru fir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tan-Negozju bl-Avviz Legali 1/2006, dawk in-negozji li jixtiequ jibqgħu miftuħin sat-tard, kif ukoll fil-Ħdud u festi pubbliċi, jistgħu jagħmlu dan bejn l-1 ta’ Novembru u s-7 ta’ Jannar 2007.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, ħabbar dan waqt żjarat li għamel f’numru ta’ negozji żgħar.
Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-emenda hija maħsuba biex dawk in-negozji li jixtiequ jibdew il-perjodu tax-xiri tal-Milied minn qabel, ikunu jistgħu jagħmlu dan. Huwa saħaq li dawn il-ħinijiet tal-ftuħ huma volontarji, u huma hemm biss bħala opportunita’ għal dawk li jixtiequ jieħdu vantaġġ minnha. Permezz ta’ dawn l-emendi, ġie estiż dan il-perijodu tax-xiri tal-Milied, biex minnu jgawdu kemm is-sidien tan-negozju, kif ukoll il-konsumaturi. Dawn l-emendi jfissru li l-ħwienet kollha li jixtiequ, jistgħu jiftħu kuljum sa l-10.00 p.m.
L-Onor. Vassallo fakkar ukoll li sakemm jibda dan il-perijodu, il-ħwienet xorta waħda jistgħu jagħżlu ġurnata fil-ġimgħa li fiha jibqgħu miftuħa sa l-10.00 p.m. ghal late-night shopping. Biex jagħmlu dan, in-negozji għandhom japplikaw għand it-Trade Licensing Unit. Formoli jinkisbu mingħand il-
Kunsilli Lokali, jew fuq l-internet (http://www.mcmp.gov.mt/commerce_trade06_f.asp), jew mill-istess TLU li qiegħed fid-Diviżjoni għall-Kummerċ, f’Lascaris, il-Belt.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958