Left arrow Go Back

IŻ-ŻJARA UFFIĊJALI TAL-PRESIDENT TA’ MALTA F’SANTA LUĊIJA

PR1407
Date Icon 15/10/2006

“Santa Luċija hu lokal sabiħ bil-karatteristiċi partikolari tiegħu u b’komunita’ li taħdem biex iżżomm ruħa attiva permezz tal-Kunsill Lokali u l-għaqdiet volontarji” stqarr il-President Eddie Feneċh Adami fit-tmiem iż-żjara uffiċjali tiegħu.  

Biċ-ċokon ta’ Santa Luċija l-komunita’ għandha ħafna x’tagħti: Junior Lyceum Margaret Mortimer mill-aktar moderna, servizzi volontarji li jgħinu l-familja u ż-żagħżagħ u wkoll ommijiet bi tfal ċkejknin.  Il-President żar is-Sur John Schembri, magħruf sewwa għal-arti ta’ l-inċiżjoni, u l-iskultur żagħżugħ Alan Magro li minn student skultur illum fetaħ negozju tiegħu.   

Fl-istess ħin is-Sinjura Fenech Adami żaret familji u s-sorijiet li jagħtu servizz  mill-Kunvent tal-Franġiskani f’Santa Luċija . 

Il-President qal li permezz tas-sit arkeoloġiku li nstab f’Santa Luċija, post ta’ kult u dfin u li jmur lura għal madwar 4000 sena u bil-kura tal-Kappella ta’ Santa Luċija, li minnha ħa l-isem ir-raħal, il-Kunsill Lokali qiegħed ifittex l-għeruq tal-lokal u b’hekk joħloq sens ta’ identita’. 

Il-President Feneċh Adami, filwaqt li rringrazzja lis-Sindku Frederick Cutajar u l-kunsilliera ta’ l-istedina għall-vista uffiċjali, faħħar l-impenn tal-Kunsill għax-xogħol siewi li qed jagħmel biex ikompli jsebbaħ il-lokal u jżomm fi stat tajjeb il-Ġnien tas-Serenita’, fejn dalgħodu ġiet imħawla siġra kommemorattiva għaż-żjara, u s-sit fil-miftuħ li hu uniku u mgħammar fejn ir-residenti jagħmlu eżerċizzju fiżiku.  Il-President qal li l-Kunsill ta’ Santa Luċija  hu ħolqa fis-suċċess ta’ ħidmiet il-Kunsilli Lokali. 

Il-President u s-Sinjura Mary Feneċh Adami iltaqgħu ma bosta residenti, il-Kor Angelic Voices u mat-tfal subien u bniet, li jitħarrgu fil-football, fis-sala parrokkjali, wara li semgħu il-quddiesa tal-Ħadd mal-komunita’ ta’ Santa Luċija . 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow