Left arrow Go Back

L-OPPOŻIZZJONI M’GĦANDHIEX VIŻJONI GĦAS-SETTURI TAL-BIEDJA U S-SAJD

PR1405
Date Icon 14/10/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħares lejn il-viżjoni tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni għall-Biedja u s-Sajd f’pajjiżna, bħala waħda fqira u nieqsa minn kull viżjoni reali lejn dawn iż-żewg setturi importanti.

B’riferenza għall-abbozzi ta’ stqarrijiet, jidher ċar li l-viżjoni ta’ l-Oppożizzjoni għall-biedja u sajd, turi għal darb’oħra li l-Oppożizzjoni għadha taħseb b’moħħ ta’ min għadu ma fehemx xi tfisser sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tagħmel riferenza għall-proposti, ma tgħidx x’inhuma dawn il-proposti jew programmi Nazzjonali. Xi trid tfisser b’dawn il-programmi nazzjonali? L-Oppożizzjoni ma tgħidx jekk dawn il-programmi Nazzjonali, li għandħa f’moħħa, humiex konformi mad-direttivi u regoli tal-Unjoni Ewropea jew jekk humiex l-istess skemi li ġew negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea mill-Gvern għall-benefiċċju tal-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin.

Il-partit ta’ l-Oppożizzjoni qed jgħid li se jżid id-dħul tal-bdiewa u raħħala. Wieħed bla ma jrid jistaqsi kif ser isir dan.  Billi jneħħi s-sussidji li tant kien ikkritika waqt in-negozjati u wara, jew billi jimponi restrizzjonijiet fuq prodotti gejjin mill-Unjoni Ewropea kontra l-ligijiet tal-istess Unjoni Ewropea? Il-partit ta’ l-Oppożizzjoni ser iżid id-dħul tal-Bdiewa r-Raħħala u s-Sajjieda billi ma jonorax il-pakett finanzjaju maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea għas-sena 2007 u l-2013 li jlaħħaq aktar minn 80 miljun Ewro? Jew inkella, kif qal l-istess Kap ta’ l-Oppozizzjoni fuq programm imxanndar fuq stazzjoni lokali, billi jaqta 5% minn kull dipartiment jekk ikun fil-gvern?

Filwaqt li kkritika lil dan il-Gvern għax għamel kampanja ta’ promozzjoni favur prodotti lokali, issa qed igħid li jrid jagħmel l-istess.  Dan juri kemm l-Oppożizzjoni m’għandhiex ideat x’toffri lill-biedja u filwaqt li dan il-Gvern jirrikonoxxi u jippromwovi l-biedja organika, jidher ċar li l--Oppożizzjoni qed timmiżinforma lill-bdiewa, għax hu rikonnuxut minn kull min jifhem fil-biedja, li l-biedja organika f’Malta għandha limitazzjonijet kbar minħabba, fost affarijiet oħra, d-daqs ta’ pajjiżna.

L-Oppożizzjoni ma ssemmiex l-esporatazzjoni tal-patata bħala settur importanti ferm għall-biedja, u l-proċess tal-Eurepgap Certification li ddaħħal mill-Gvern sabiex inkomplu niggarantixxu prezzijiet tajbin għall-bdiewa tagħna. 

Nuqqas ieħor hu li ma hemm ebda riferenza f’din l-hekk imsejħa viżjoni għas-setturi tal-ħalib, ċanga majjal, tiġieġ tas-simna, produzzjoni tal-bajd, tadam għall-ipproċessar, żebbuġ, frott u ħaxix dwieli, produzzjoni tal-ġbejniet, nbid kif ukol is-saħħa u l-ħarsien tal-bhejjem u tjur. Ma jistgħax ma jissemmiex ukoll is-settur li jkabbar il-prodotti tiegħu fis-serer. Dawn huma setturi li ngħataw l-importanza li jixirqilhom fin-negozjati ma l-Unjoni Ewropea u naturalment wara permezz ta’ skemi approvati mill-Unjoni Ewropea. 

Fis-settur tas-Sajd il-partit ta’ l-Oppożizzjoni jirreferi biss għal inizjattivi li ttieħdu mill-Gvern bħal faċilitajiet ta’ cold storage. Il-partit ta’ l-Oppożizzjoni nesa jsemmi l-għajnunjiet finanzjarji li ngħataw lis-sajjieda għad-dgħajjes tas-sajd u l-bini ta’ hard standing facilities ġewwa Marsaxlokk.

Hi ħaġa ta’ l-iskantament kif l-Oppożizzjoni qed tipproponi li l-pixkerija titneħħa minn fejn hi.  X’inhi r-raġuni għal dan? Mela nsiet li hemm ċentru tal-ħasil tal-kaxex faċċata tal-pixkerija li nbena mill-Gvern biex jgħin lis-sajjieda u eventwalment igawdi l-konsumatur minn iġene fil-kaxxi tal-ħut? U allura wieħed jistaqsi, fejn hu s-sit alternattiv? Ma’ liema sajjieda ikkonsultat l-Oppożizzjoni?

Jidher ċar li l-partit ta’ l-Oppożizzjoni m’għandux ideat anqas għas-settur tas-sajd u mhu qed joffri xejn konkret għas-sajjieda. Iżda l-akbar sorpriża tirrigwardja ir-riferenza għall-fondi strutturali. L-Oppożizzjoni tgħid li għandhom jintużaw aħjar mill-lum.  Ma tafx li l-programm bejn 2007 u 2013 għas-sajd kien mfassal u maqbul bejn il-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea xhur ilu? Din ir-riferenza ta’ l-Oppożizzjoni għal fondi strutturali turi kemm mhiex informata dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea u għalhekk qiegħda mill-ġdid timmisgwida  lis-sajjieda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow