Left arrow Go Back

GĦAJNUNA FINANZJARJA TA’ LM 3,125,980 LILL PRODUTTURI TAL-BAJD TAT-TIĠIEĠ

PR1394
Date Icon 13/10/2006

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Dr Francis Agius dalgħodu żar waħda mit-tlett Hatcheries li jinsabu fil-gżejjer Maltin bħala parti mill-attivitajiet biex jitfakkar il-jum dinji ta’ l-ikel.

 Dr Agius spjega li minkejja li s-settur tat-tjur għaddej minn ristrutturar kbir, xorta waħda l-fatti qed juru li hawn talba sostanzjali biex jinxtraw flieles kemm għat-tiġieġ tas-simna, kif ukoll għat-tiġieġ tal-Bajd. Dan jidher ċar minn dak li qed jirnexxilha tfaqqas din il-hatchery ta’ Best Quality Hatchers tal-Marsa. Din il-hatchery tfaqqas miljun u nofs bajda fis-sena. Dan huwa awgurju tajjeb għal dan is-settur.

Dr Agius spjega kif minn Lulju ta’ l-2002 sa Settembru ta’ din is-sena, il-Gvern ta għajnuna finanzjarja ta’ Lm 3,125,980 lill-produtturi tal-bajd tat-tiġieġ. Dan juri l-impenn tal-Gvern li jgħin lil dan is-settur biex hekk ikun jista’ jsir ir-ristrutturar biex finalment igawdi l-konsumatur.

 Dan is-sussidju qed iservi ħalli jsir it-tibdil neċessarju fl-ambjent ta’ l-irziezet, biex jinxtraw gaġeġ, ħalli jkun jista’ jinxtara l-makkinarju li jittimbra l-bajd, jitjieb il-marketing ta’ dan il-prodott, kif ukoll jitjieb u jsir ristrutturar fid-demmiela tar-razzett, skond il-kodici ta’ metodi ta’ biedja għaqlija.

 Il-bajd kollu tat-tifqis huwa kollu mportat minn pajjiżi ta’ l-Ewropa fosthom il-Belġju, l-Olanda,  l-Italja u Franza. Il-bajd li jigi mportat jiġi rreġistrat mit-Taqsima ta’ l-Affarijiet Veterinarji u Sajd fejn jigi mogħti Batch Code. Dan il-Batch Code jibqa’ jsegwi l-fellus sa meta jmur fuq ir-razzett, jinqatel fil-biċċerija u mbagħad jiġi espost fil-ħanut tal-laħam. Għalhekk titħaddem sistema ta’ traċċiabilità sħiħa mit-tifqis sal-konsum.

 Fil-każ tal-flieles tal-bajd, il-Batch Code isegwi l-fellus sa fuq ir-razzett u l-bajd prodott minn dawk il-flieles (li jsiru tiġieġ wara 5 xhur) jiġi ttimbrat b’kodiċi ieħor li juri n-numru tar-razzett, li l-bajd ġie prodott f’Malta u l-metodu tat-trobbija tat-tiġieġ li pproduċew dak il-bajd.

Dr. Agius spjega li l-popolazzjoni tat-tiġieġ tal-bajd illum tlaħħaq għal iktar minn nofs miljun tiġieġa u l-produzzjoni tal-bajd tlaħħaq madwar il-mitt miljun bajda fis-sena. F’Malta hawn 89 razzett liċenzjati tat-tiġieġ tal-bajd. Dan juri illi l-produzzjoni għal dan il-prodott hija suffiċjenti għad-domanda lokali. F’ Malta twaqqfet ukoll assoċjazzjoni ghall-produtturi tal-bajd.

 Dan għalhekk ixejjen il-kritika minn ċertu esponenti li jgħidu li s-sussidju huwa “suiċidju”. Dan ukoll juri li s-sussidju li qed jingħata qed jirrifletti fit-titjib ta’ l-irziezet, il-ħarsien tat-tjur, provista ta’ prodott frisk u ta’ kwalita’, sistema ta’ iġjene, li l-iskop kollu ta’ dawn huwa biex il-konsumatur igawdi minn dawn il-benefiċċji kollha, temm jgħid Dr. Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow