Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI F’SANTA LUCIJA

PR1393
Date Icon 13/10/2006

F’laqgħa li kellu ma’ l-għaqdiet volontarji ta’ Santa Luċija, il-President ta’ Malta, l-E.T. Eddie Fenech Adami qal li d-demokrazija ħajja teħtieġ soċjetà ċivili u għaqdiet volontarji b’saħħithom li flimkien mal-Kunsilli Lokali jaħdmu tul is-sena kollha b’ħidmiet varji. Il-President saħaq fuq l-importanza ta’ dawn l-għaqdiet speċjalment f’soċjetà li kull ma jmur qiegħda ssir iktar individwalista b’riżultat ta’ ħajja mgħaġġla u impenjattiva. 

Il-President Fenech Adami qal li kienet esperjenza pożittiva għalih li jisma interventi minn mexxejja ta’ ħdax-il-għaqda fil-komunità żgħira ta’ Santa Luċija li uħud minnhom huma dedikati għal ħidmiet fost iż-żgħażagħ. Dan kollu juri li l-komunità qed tinvesti fil-futur.  

Il-President ta’ Malta saħaq dwar l-importanza tas-solidarjetà bejn il-membri tal-komunità biex ħadd ma jħossu abbandunat jew emarġinat. 

Nhar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru, 2006, il-President u s-Sinjura Fenech Adami, ser jiltaqgħu mar-residenti ta’ Santa Luċija. Iż-żjara tinkludi l-Quddiesa tad-09.00 a.m. fil-Knisja tal-Parroċċa San Piju X; kif ukoll żjarat għand residenti ta’ Santa Luċija li għandhom snajja’ jew delizzji partikolari. 

Ser iżuru wkoll sit storiku, il-Kappella ta’ Santa Luċija, li minnha ħa l-isem dan ir-raħal,  kif ukoll il-Ġnien tas-Serenità u l-Klabb tal-futbol tat-tfal.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow