Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR L-ISKEJJEL F’SANTA LUĊIJA

PR1387
Date Icon 12/10/2006

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami llum beda żjara uffiċjali f’Santa Luċija bi żjarat fl-iskejjel. 

Il-President stqarr li hu ta’ sodisfazzjon għalih li jiltaqa’ ma’ l-istudenti fl-iskola fejn jista’ japprezza mill-viċin l-interess fit-tagħlim li l-istudenti għandhom, tant li mijiet minnhom jibqgħu jistudjaw f’istituzzjonijiet aktar għolja biex jispeċjalizzaw fil-qasam tax-xogħol li jagħżlu.   

Lill-Istudenti ta’ Margaret Mortimer Junior Lyceum tal-Bniet, il-President kellimhom dwar il-qabżiet kbar li l-Poplu Malti qiegħed jagħmel bir-riżultat li l-pajjiż qed jagħmel ħiltu kollha biex jilħaq l-ogħla livell ta’ edukazzjoni. L-iskola bħal ħafna oħrajn f’Malta, qed tinkoraġixxi lill-istudenti jiżviluppaw il-kapaċitajiet u t-talenti personali tagħhom.   

Il-President Fenech Adami filwaqt li ħeġġighom biex ma jaqtgħux qalbhom minn sfidi waqt it-taħriġ tagħhom, awguralhom suċċess fl-istudju biex b’hekk fil-futur jkunu f’pożizzjoni li jagħtu kontribut lil pajjiżna.  

Il-President irringrazzja lill-għalliema u l-ġenituri li jinkoraġġixxi u jgħinu lill-istudenti jiefqu magħhom fil-bżonnijiet tagħhom.  

Il-President żar ukoll l-iskola mmexxija mis-sorijiet ta’ San Franġisk u l-Klabb Ommijiet u Tfal Ċkejknin li jiltaqgħu  darba fil-gimgħa.  Il-President  irringrazzja lil kull min jieħu inizjattivi bħal dawn u jagħti support lill-familji fuq bażi parrokkjali.  

Żjarat uffiċjali fl-ibliet u rħula ta’ Malta u Għawdex isiru mill-President u s-Sinjura Fenech Adami matul is-sena, minbarra fis-sajf, bi programm imħejji flimkien mal-Kunsilli Lokali. Isiru laqgħat ma’ l-istudenti fl-iskejjel u ma’ żgħażagħ u adulti fid-diversi għaqdiet volontarji. 

Il-Ħadd filgħodu, il-President u s-Sinjura Fenech Adami jżuru l-każini tal-baned, postijiet ta’ interess u personalitajiet fil-lokal.  Is-Sinjura Fenech Adami fl-istess ġranet tagħmel żjarat għand xi familji wkoll.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow