IT-TILQIM KONTRA L-INFLUENZA STAĠJONALI
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaċċin kontra l-influwenza li jingħata regolarment kull sena ser jibda jingħata minn nhar it-Tnejn, 16 t’Ottubru u jkun jista’ jibqa’ jittieħed sa Diċembru 2006.
Dawk kollha li huma ntitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas jistgħu minn nhar it-Tnejn, 16 t’Ottubru jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa skond l-iskeda t’hawn taħt.
It-tilqim jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.30 a.m. u 13.30 p.m., u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00 a.m. u nofs in-nhar.
Għar-residenti Għawdxin it-tilqim ta’ l-influwenza jngħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 8.00 a.m. u nofs in-nhar. Dan il-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd ‘il fuq minn sitt xhur, izda id-Dipartiment ser joffriħ bla ħlas lil dawn il-kategoriji ta’ nies:
1. Kull min għandu aktar minn 55 sena.
2. Persuni fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu f’kuntatt dirett mal-pazjenti.
3. Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet.
4. Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn:
Mard kroniku tal-Pulmun (bhall-asthma, mard tal-bronki, eċċ).
Mard kroniku tal-qalb.
Mard kroniku tal-fwied.
Mard kroniku tal-kliewi.
Kull min għandu d-dijabete u
Kull min għandu immunodefiċenza, inkluz l-AIDS jew kanċer.
5. Persuni li jbatu minn dizabilita’
Dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 55 sena li jixtiequ jitlaqqmu kontra l-influwenza jistgħu wkoll jgħarrfu lill-uffiċjali nkarigati fil-Kusilli Lokali tagħhom sabiex fejn qed jingħata dan is-servizz ikunu jistgħu jiġu mlaqqma fil-kumdita’ tal-lokal tagħhom. Dawk l-anzjani jew dawk li jbatu minn xi mard
kroniku ndikat hawn fuq, li minħabba problemi fiziċi ma jistgħux joħorġu mid-dar, għandhom jagħmlu uzu mis-servizz tal-MMDNA biex jitlaqqmu.
Peress illi din is-sena huwa mistenni li ser jkun hemm numru akbar mis-soltu li ser jirrikorru għal din it-tilqima kontra l-inflwenza, id-Dipartiment javza lil dawk l-ommijiet li jixtiequ jieħdu t-trabi tagħhom biex jirċievu t-tilqim tat-tfulija, biex imorru fiċ-Centri tas-Saħħa qabel l-10.30 a.m.
Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur għat-tilqim fil-ħinijiet imsemmija, jipprezenta l-Karta ta’ l-Identita, u f’kaz ta’ persuni li għandhom inqas minn 55 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi jew għandhom dizabilita’, jieħdu wkoll ċertifikat ta’ evidenza li qed ibatu minn dawn il-kundizzjonijiet.
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javża lill-pubbliku li minħabba dan is-servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza, tilqim ieħor ser jingħata biss sa’ l-10.30 a.m. mit-Tnejn sas-Sibt.
Dawn l-arranġamenti jibdew minn nhar it-Tnejn 16 t’Ottubru u jibqgħu fis-seħħ sakemm jerġa jixxandar avviz ieħor.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958