DIRETTUR ĠDID GĦAN-NETWORK INFRASTRUCTURE DIRECTORATE FI ĦDAN L-AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT
Il-Perit Paul Buhagiar B.E.&A (Hons.), A.&C.E. ġie maħtur bħala d-Direttur ġdid tan-Network Infrastructure Directorate (NID) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta. Huwa qed jieħu post il-Professur Heinrich Semar li kien ilu jokkupa din il-kariga b’mod temporanju għal dawn l-aħħar sentejn.
L-għażla tal-Perit Buhagiar qed issir fid-dawl ta’ tibdil u tisħiħ amministrattiv sostanzjali li qed iseħħ fin-Network Infrastructure Directorate wara l-amalgamazzjoni tat-Direttorat għat-Treġija tat-Traffiku u d-Direttorat tat-Toroq.
Fl-aħħar xhur ir-riżorsi umani fi ħdan l-NID ġew imsaħħa b’żieda sostanzjali fin-numru ta’ field officers kif ukoll l-ingaġġ ta’ periti ġodda mill-istream tal-kostruzzjoni tat-toroq li għadhom kemm iggradwaw mill-Fakultà ta’ l-Arkitettura ta’ l-Università ta’ Malta. Dan qiegħed iwassal għal maniġġjar u kontroll tal-kwalità aħjar fuq il-proġetti ta’ bini ta’ toroq ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport.
It-tibdil reċenti fin-Network Infrastructure Directorate jinkludi wkoll t-twaqqif ta’ Unit għall-Manutenzjoni fl-NID, liema Unit fost għanijiet oħra ser ikun qed jħares il-frott ta’ l-investiment qawwi tal-Gvern f’dan il-qasam, kif ukoll jimplimenta programm b’terminu qasir ta’ manutenzjoni ta’ toroq arterjali u distributorji. Ix-xogħol fuq dan ta’ l-aħħar ser ikun qed jibda’ ftit jiem oħra bi programm ta’ Lm80,000 għal extensive patching f’bosta toroq ewlenin madwar Malta.
Il-handover bejn il-Professur Semar u l-Perit Buhagiar ser tkun qed isseħħ matul is-sitt xhur li ġejjin. Fi tmiem dan il-perjodu, l-Professur Semar ser jerġa jibda jiffoka ħidmietu fuq il-lat tekniku tal-kostruzzjoni tat-toroq
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958