Left arrow Go Back

IMWAQQAF KUMITAT DWAR IS-SISTEMA TA’ INFURZAR LOKALI

PR1341
Date Icon 04/10/2006

Il-Gvern permezz tar-Regolamenti ġodda waqqaf Kumitat dwar is-Sistema ta’ Infurzar Lokali.  Permezz ta’ dan il-Kumitat, il-Gvern Ċentrali, filwaqt illi jżomm fis-seħħ is-Sistema ta’ Infurzar Lokali f’pajjiżna, irid li s-sitwazzjoni tkun ikkontrollata u dan sabiex filwaqt li tinżamm id-dixxiplina meħtieġa fl-osservanza tal-liġijiet, ma jkunx hemm abbużi fis-Sistema.

Is-Sistema ta’ Infurzar Lokali għandha tgawdi l-kredibilita’ tal-pubbliku in ġenerali.  Bis-sistema preżenti dan m’huwiex garantit.  Sal-lum it-twettiq lokali tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mar-reati tat-traffiku u reati li jiġu aġġudikati mit-Tribunali lokali, kienet tista’ tgħid kompletament f’idejn il-Kunsilli Lokali, miġbura f’kumitati konġunti.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2006 il-Gvern Ċentrali nieda l-ewwel intervent tiegħu billi ta l-possibilita’ lil kull persuna li tirċievi “ticket” jew ċitazzjoni, li tippreżenta petizzjoni biex tinħafrilha dak ir-reat minħabba inġustizzja, abbuż jew raġunijiet umanitarji.

Din il-miżura kienet suċċess u ‘l fuq minn ħamsin fil-mija ta’ dawk li applikaw ingħataw raġun mill-Bord tal-Petizzjonijiet.

Il-Gvern Ċentrali issa jħoss li għandna ngħaddu għat-tieni miżura, cioe` li l-Gvern Ċentrali jkollu iktar kontroll fit-twettiq tas-Sistema ta’ l-Infurzar Lokali.

Dan il-Kumitat illi l-membri tiegħu, ħlief għal President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d-Direttur tal-Kunsilli Lokali jinħatru mill-Ministru, se jkollu d-dritt illi jagħti kwalunkwe ordni lil kull min għandu x’jaqsam mas-Sistema ta’ l-Infruzar Lokali, inklużi operaturi u kuntratturi.  Il-Kumitat għandu wkoll jirrevedi is-Sistema nnifisha ta’ l-Infurzar Lokali, u jfassal u jwettaq politika ġenerali dwar l-istess.

Kull ordni jew direttiva maħruġa minn dan il-Kumitat, torbot lil kull operatur tas-sistema bħala kundizzjoni ta’ kull liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni.

Ebda “speed camera” jew “camera” oħra ta’ traffiku ma tista’ titwaħħal mingħar l-awtorizzazzjoni ta’ dan il-Kumitat, illi jkollu d-dritt li jimponi kundizzjonijiet ta’ kif dawn jiġu mħaddma.

Il-Gvern huwa konvint illi permezz ta’ dawn il-miżuri s-Sistema ta’ Infurzar Lokali sservi l-iskop li għalih twaqqfet jiġifieri li l-liġijiet fuq bażi lokali jiġu mwettqa mingħajr esaġerazzjonijiet, mingħajr abbużi u fi spirtu ġenerali ta’ sens komun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow