Left arrow Go Back

SKEMA TA’ SUSSIDJU FUQ TADAM IPPROĊESSAT

PR1328
Date Icon 02/09/2006

Id-Direttur ta' l-Agrikultura javża li dawk il-bdiewa u l-għaqdiet tal-produtturi li din is-sena kienu rreġistraw fl-uffiċċju ta' l-IACS (Integrated Administration and Control System) biex jirċievu s-sussidju fuq it-tadam għall-ipproċessar għandhom jagħmlu applikazzjoni għall-ħlas ta' dan is-sussidju. Dawk il-bdiewa li huma mseħbin f’xi għaqda tal-produtturi (producer organisation) li kellha kuntratt ma’ xi Proċessur m’hemmx għalfejn japplikaw għax l-applikazzjoni ssir mill-għaqda tal-produtturi.

 L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fi Block C, Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp, Għammieri, fil-każ ta’ Malta u fil-Fergħa ta' l-Agrikultura (IACS), Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, fil-każ ta’ Għawdex. Il-formoli jinkisbu mill-uffiċċju fejn issir l-applikazzjoni.

 L-uffiċjali tal-Gvern jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lill-applikanti biex timtela l-formola ta' l-applikazzjoni. Biex jitħaffef ix-xogħol, importanti li l-applikanti jieħdu magħhom:

·        l-irċevuta ta' l-applikazzjoni ta' l-IACS fil-każ ta’ bdiewa li mhux imseħbin f’għaqda tal-produtturi;

·        kopja tal-kuntratt/i (u ta' xi estensjonijiet) li sar mal-proċessur/i;

·        għal kull kuntratt, dikjarazzjoni ffirmata mill-proċessur li turi l-kwantità totali ta' tadam aċċettat għall-ipproċessar;

·        il-karta ta' l-identità tal-produttur jew tar-rappreżentant legali fil-każ ta’ għaqda tal-produtturi;

·        in-numru tal-VAT;

·        fil-każ ta’ għaqda tal-produtturi, lista sħiħa tal-membri bil-kwantità ta’ tadam li kull wieħed issuplixxa.

 L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-30 ta' Novembru, 2006. F'każ ta' applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data, is-sussidju dovut jitnaqqas b'wieħed fil-mija għal kull ġurnata ta' dewmien. Id-dritt għas-sussidju jintilef jekk id-dewmien ikun ta' aktar minn 15-il ġurnata. Id-Direttur ta’ l-Agrikultura jixtieq jagħmilha ċara li ma tiġi milqugħa ebda applikazzjoni wara l-15 ta’ Diċembru, 2006.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow