Left arrow Go Back

INĦARSU L-IDENTITA’ U T-TRADIZZJONIJIET TA’ PAJJIŻNA

PR1282
Date Icon 25/09/2006

Il-Kunsill Lokali Qala flimkien mal-Menhir Folk Group qed jorganizzaw il-‘Qala International Folk Festival’ bejn  il-Ħamis 5 ta’ Ottubru u l-Ħadd 8 ta’ Ottubru 2006. Il-Kunsill Lokali Qala qed jingħata l-appoġġ tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, tal-Ministeru għal Għawdex u ta’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta. 

F’dan il-festival internazzjonali tal-folk, ser jieħdu sehem seba’ gruppi, ħamsa minn Malta u minn Għawdex, il-Lanciano Folk Group mill-Italja u s-Slovenia Folk Group mis-Slovenja. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda dan il-festival internazzjonali waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-folklor kien wieħed mis-sisien li fuqu tinbena l-identita’ ta’ pajjiż. Hu qal li fil-każ ta’ pajjiżna, li kien maħkum minn diversi nazzjonijiet tul l-istorja millenarja tiegħu, il-folklor kellu rwol importanti għaliex għen biex żammejna dawk it-tradizzjonijiet li niżlu minn ġenerazzjoni għal oħra.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li festivals ta’ dan it-tip jikkontribwixxu wkoll biex insaħħu s-settur turistiku u biex nagħtuh dak il-valur miżjud li jwassalna biex nikkompetu. Hu qal li l-istands ta’ artiġġjanat, li f’dan il-festival ser jinkludu xogħol ta’ bizzilla, ganutell, xogħol mill-weraq tal-palm,  il-landier u xogħlijiet tradizzjonali oħra, jgħinu biex il-Maltin jibqgħu jgħożżu dawn is-snajja’ tradizzjonali filwaqt li t-turist jsir jaf iżjed dwar id-drawwiet tagħna. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-preżenza fostna ta’ gruppi minn pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea tkabbar il-kunċett ta’ diversita’ li fuqu hi mibnija din l-Unjoni kbira ta’ Stati u popli. Hu qal li l-Unjoni Ewropea sa mill-bidunett tat-twaqqif tagħha fehmet li biex tikber trid tirrispetta d-diversita’ tal-kulturi u l-identitajiet fi ħdan l-Istati Membri u dan tippromovieh anke permezz ta’ programmi u appoġġ finanzjarju.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li Għawdex kellu l-identita’ tiegħu u kien għalhekk li fil-qasam turistiku kien qed jingħata promozzjoni għalih. Hu qal li għalhekk Għawdex kien intagħżel bħala wieħed mis-‘segments’ b’‘segment leader’ għalih. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lill-Kunsill Lokali Qala u l-Menhir Folk Group għal din l-inizjattiva u awguralhom suċċess kbir fl-attivita’ tagħhom. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow