Left arrow Go Back

NIFHMU AĦJAR L-ISTORJA PERMEZZ TAR-‘RE-ENACTMENTS’

PR1281
Date Icon 24/09/2006

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien ma’ l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta qed jerġgħu jniedu l-‘In Guardia’ u l-‘Alarme!’ re-enactments għall-2006-2007. 

L-‘In Guardia’ tfakkar avveniment storiku li kien iseħħ b’mod regolari fil-Place D’Armes fil-Forti Sant’Iermu fejn il-Grand Bailiff ta’ l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li kien jieħu ħsieb l-affarijiet militari kien jispezzjoni l-ġwarniġġjon tal-Fortizza. 

Ir-re-enactment ta’ ‘Alarme!’ tagħti rendikont tal-perijodu Napoleoniku f’Malta b’inkontri militari bejn truppi Franċiżi u Maltin matul l-Imblokk Franċiż. 

Iż-żewġ tipi ta’ re-enactments jittellgħu fil-Ħdud bejn ix-xhur ta’ Settembru u Ġunju.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, li ta bidu għal dawn l-attivitajiet waqt ir-re-enactment ta’ l-In Guardia f’Sant Jiermu qal li dawn iż-żewġ attivitajiet kienu jfakkru żewġ perijodi importanti ta’ l-istorja ta’ pajjiżna, il-perijodu tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li nisslu ġid kbir f’pajjiżna u ħallewlna tant fortifikazzjonijiet, bliet, knejjes u palazzi tul iż-żmien twil li għexu f’Malta u l-perijodu qasir ħafna tal-ħakma Franċiża li kien karaterizzat minn konflitt bejn l-militar Franċiż u l-Maltin. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-istorja ta’ pajjiżna kienet waħda vasta għaliex kienet tirrifletti l-qagħda strateġika ta’ Malta li wasslet biex ġejna maħkuma minn tant potenzi tul eluf ta’ snin ta’ storja. Hu qal li l-perijodu tal-Kavallieri ta’ San Ġwann kien l-aktar li ħalla impatt fuq pajjiżna u dan wassalna biex nibqgħu nfakkruh anke permezz ta’ re-enactments. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dawn ir-re-enactments kienu wkoll ta’ attrazzjoni għat-turisti li jżuruna u għalhekk kienu jikontribwixxu biex noffru prodott turistiku aħjar. Hu qal li dawn ir-re-enactments kienu qed jikkontribwixxu biex il-belt Valletta tingħata ħajja ġdida u biex tkun ta’ attrazzjoni għalina l-Maltin u l-barranin li jżuruha kif jitlob l-istatus tagħha ta’ wirt dinji ta’ l-umanità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow