Left arrow Go Back

KONFERENZA TA’ L-NCPE: GENDER MAINSTREAMING – THE WAY FORWARD

PR1270
Date Icon 20/09/2006

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) organizzat konferenza finali bħala parti mill-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF) bl-isem ‘Gender Mainstreaming – the way forward’ nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru.

L-Onorevoli Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, wriet is-soddisfazzjon tagħha għal fatt li s-suġġett ta’ Gender Mainstreaming tqiegħed fiċ-ċentru tad-diskors ta’ aktar parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol. “Dan il-Gvern ilu jaħdem bis-sħih mis-sena 2000 biex jiġi mplimentat il-kunċett ta’ Gender Mainstreaming. Eżempju li nistgħu nsemmgħu huwa x-xogħol li qed isir fir-reviżjoni ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, b’mod partikolari r-reviżjoni tas-sistema ta’ l-assigurazzjoni nazzjonali għall-ħaddiema part-time, u t-tidbil fl-income tax. Għandi l-pjaċir ngħid li l-Ufficcu tal-Prim Ministru qabel li pilot project ta’ teleworking li sar flimkien ma’ l-iStaff Development Organsation kien suċċess u għandu jitkompla u jinfirex. Fuq din in-nota pożittiva, nixtieq insemmi wkoll ir-rapport li sar is-sena l-oħra mill-Management Efficiency Unit ta’ l-OPM dwar Family Friendly Measures.  Wara konsultazzjoni ma’ l-istakeholders konċernati, ġie deċiz dan l-aħħar li l-miżuri proposti f’dan ir-rapport għandhom jiġu introdotti, u l-ewwel miżura għandha tkun dik tat-teleworking għaċ-ċivil.

Dan minbarra miżuri oħrajn, bħal flexitime li ġie introdott għax-xhur tas-sajf f’ċerti uffiċċji taċ-ċivil, u li ser ikomplu.  Ma nistax ma nsemmix ukoll il-benefiċċju li qed nieħdu bħala Membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea, meta din il-konferenza stess hija parti minn proġett Ewropew. Fil-fatt, flimkien max-xogħol li qed isir mill-Gvern Malti u diversi għaqdiet u entitajiet lokali, il-proġetti ta’ l-ESF u l-EQUAL qed iservu bħala għodda siewja biex jiġu ndividwati u ndirizzati bis-sħiħ l-ostakli li jistgħu jeżistu,” kompliet il-Ministru Cristina. Fakkret ukoll fin-nomina reċenti ta’ żewġ nisa bħala mħallfin, deċiżjoni li żġur issaħħaħ il-kunċett ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ decision making. “Kburija ngħalaq billi ngħid li l-politika dwar is-sexual harassment li ġiet introdotta minn entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi issa qiegħda sservi ta’ mudell għall-dipartimenti oħra tal-Gvern,” temmet tgħid il-Ministru Cristina.

 Il-Kummissarju tal-NCPE, Dr. Janet Mifsud, fl-introduzzjoni tagħha sostniet li “l-għan tal-proġett kien biex dawk kollha li huma imsieħba fil-proċess tax-xogħol f’Malta, jindunaw bil-benefiċċji li għandhom igawdu minnhom l-azjendi tagħhom, jekk idaħħlu aktar faċilitajiet favur il-familja fil-post tax-xogħol, u li dawn jissarfu f’aktar produttività, jħajru lill-aktar nisa li jibqgħu jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jkollhom aktar ċans għal taħrig.’ Fl-egħluq id-diskors tagħha, Dr Mifsud qalet li “f’dawn l-aħħar sentejn u nofs li l-NCPE ilha mwaqqfa, zgur li l-għan biex jissaħħaħ il-ħsieb dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f’Malta għamel passi kbar ’il quddiem, biex inkunu ndaqs mingħajr ma nkunu l-istess”.

Minkejja li kienet esperjenza ġdida għall-NCPE, id-Direttur Eżekutiv Sina Bugeja esprimiet kliem ta’ suċċess għal dan il-proġett, li minnu jieħdu l’almu sabiex jippjanaw oħrajn, kif fil-fatt qed jagħmlu. Kienet esperjenza ġdida għall-Kummissjoni, esperjenza li għalmithom ħafna. Bugeja sostniet li issa li għandna l-informazzjoni f’idejna, jibqa biss il-pass lejn it-titjib fiċ-ċirkostanzi. Id-direttur tal-NCPE qalet, “Dan huwa żmien interesanti ħafna, żmien ta’ bidla u ta’ tiġdid”. Fl-għeluq tad-diskors tagħha Sina Bugeja kompliet issostni li tħossa kburija li hi, flimkien mat-team tagħha, hi waħda mill-imgħażel tar-rota jew skaluna tas-sellum li qed tieħu lil Malta ’l quddiem.

Il-kunċett ta’ Gender Mainstreaming ifisser l-integrazzjoni tal-perspettivi taż-żewġ sessi f’kull organizzazzjoni u fis-servizzi li jingħataw lill-pubbliku. Dan sostnietu Dr. Roberta Lepre, il-Gender Liason Officer tal-NCPE. Dan il-prinċipju ġie implimentat mill-Gvern Malti mis-sena 2000. Madankollu, l-effetti tiegħu s’issa kienu kemmxejn limitati. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gender Mainstreaming ingħata impetu ġdid.  Matul dan il-proġett, l-NCPE fost affarijiet oħra, allokat riżorsi adegwati għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi ta’ gender mainstreaming fis-Servizz Pubbliku Malti. Il-preżentazzjoni, li tista titniżżel mill-website www.equality.gov.mt, turi uħud mill-aktar prattiċi tajbin li ġew addottati waqt li kien qed isir dan il-proġett, bil-għan li dawn jiġu replikati fid-dipartimenti u entitajiet varji.

Fl-aħħar tal-konferenza tqassam id-dokument bl-erba’ partijiet tar-riċerka: 

  •       Miżuri favur il-Familja fuq il-post tax-xogħol;

  •       Għażliet fil-karriera tal-Gradwati;

  •       Gender Pay Review;

  •       Proġett Pilota dwar Teleworking.

Dan id-dokument, bir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan l-istudju, jista’ jinġabar mill-uffiċju tal-NCPE, 2, Triq il-Kavalier, Il-Belt Valletta bejn id-disgħa ta’ filgħodu w is-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow