Left arrow Go Back

IMĦABBAR IL-PROGRAMM TAL-JUM DINJI TA’ L-IKEL 2006.

PR1267
Date Icon 20/09/2006

“Il-jum dinji ta’ l-ikel din is-sena ser jingħata dehra differenti minn tas-soltu. Dan għaliex irridu ngħatu mportanza iktar lill-ikel li aħna sirna wisq neħduh for granted”. Dan qalu Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u Sajd, meta dalgħodu ħabbar il-programm għal Jum Dinji ta’ l-Ikel li ser jiġi ċelebrat fl-Isla nhar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar. It-tema magħżula mill-Organizzazzjoni ghall-Ikel u l-Biedja (FAO) fi ħdan il-Ġnus Magħquda, għal din is-sena hi, “Ninvestu fl-Agrikoltura għall-ħarsien ta’ l-Ikel”.

Dr Agius qal li l-Bdiewa, r-Raħħala u s-Sajjieda jipprovdu l-ikel, il-proċessuri iħaddmu numru sostanzjali ta’ ħaddiema u t-tielet settur li l-Gvern hu responsabbli minnu wkoll huma l-konsumaturi. Għalhekk intgħazlet il-Belt ta’ l-Isla. 

Is-sena l-oħra, l-Ministeru għamel il-kampanja edukattiva “agħzel il-frisk, agħzel lokali” u nistgħu ngħidu li din ħalliet il-frott mistenni. Din is-sena ser inkomplu nqarrbu s-settur tal-Biedja u tas-Sajd lejn il-poplu biex napprezzaw il-ħidma ta’ dawn il-persuni li jagħtuna ikel frisk kuljum. 

Il-Programm ser ikun vast u li ser nippruvaw inlaqqghu il-folklor flimkien mal-ħidma tal-passat u tal-prezent. 

Il-Programm ser ikun jinkludi dan li ġej: 

0800    Tibda il-wirja ta’ Frott, Ħaxix u Ħut fejn il-pubbliku jista’ jixtri minn dawn il-prodotti wkoll

08.45  Tibda il-Kompetizzjoni tal-ħlib ta’ nagħag u mogħoz

08.55    Tluq tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija minn fuq San Pawl Bormla

09.10  Wasla tal-Banda quddiem il-Knisja ta’ l-Isla

09.15    Quddiesa Pontifikali minn Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca fil-Bażilika ta’ l-Isla

10.30  Tberik ta’ l-Annimali mill-Arċipriet ta’l-Isla fi Pjazza Mitrovich

11.00  Tluq tal-Parata ta’ żwiemel armati b’karettuni antiki minn ħdejn il-Monument tal-Ħelsien il-Birgu sal-pjazza ta’ l-Isla

11.15  Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati minn ħdejn San Filippu, l-Isla, sa ħdejn il-Knisja ta’ l-Isla.

11.20    Wasla tal-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Knisja

11.30  Wasla tal-Parata taż-żwiemel fit-telgħa ta’ qabel il-Knisja

11.31  Diskorsi ta’ l-okkazjoni

11.45  Tqassim tal-Medalji lil Bdiewa Raħħala u Sajjieda u lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni u rikordju lil dawk kollha li jkunu ħadu sehem

12.00  Il-Banda tal-Forzi Armati ddoqq l-Innu Malti - Tmiem           

Dr Agius qal ukoll li ser ikun hemm ukoll stands mill-għassara ta’ l-inbid li ser ikunu qed jippromwovu l-inbid Malti. Ir-raħħala ser ikollhom stands minn fejn ser jinbiegħ il-ħalib, kif ukoll wirja ta’ għodod antiki. Ser ikun hemm ukoll l-għassara taż-żebbuġ ukoll li ser ibiegħu iż-żejt taż-żebbuġa Maltija, kif ukoll chef Malti li ser ikun qiegħed isajjar l-ikel tradizzjonali Malti biex inkomplu nippromwovu id-dieta mediterranja. 

Dr Agius irringrazzja lill Malta Tourisim Authority li ser ittella reinactment ta’ Suq Medjevali (Medivial Market) kif ukoll irringrazzja lill Kummissarju tal-Pulizija u lill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, talli taw il-permessi meħtiega biex iż-żewġ baned flimkien mal-Kavallerija tal-Pulizija jieħdu sehem f’din l-okkazjoni. 

“Dawn huma ftit minn dak li l-Bdiewa, ir-Raħħala u Sajjieda ser jorganizzaw biex aħna lkoll napprezzaw il-ħidma tagħhom. Għalhekk inħeġġeġ il-polu Malti u Għawdxi biex jattendi”, temm jgħid Dr Agius. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow