KARNIVAL TA’ MALTA 2007 - ĦRUG TA' KONKORSI
Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li jaqa’ taħt il-Ministeru għat-Turizmu u l-Kultura tħabbar li l-Karnival 2007 se jiġi ċċelebrat bejn s-16 u l-20 ta’ Frar, 2007 .
Għall-edizzjoni ta’ dan il-Karnival qed jiġu mnedija dawn il-Konkorsi Kompetittivi :-
Konkors Nru 1 :- Marċi Grotteski (Baned) - b'mhux anqas minn 50 bandist flimkien ma' grupp ta’ allegrija (ta' mhux anqas minn 16 il-persuna li jridu jipparteċipaw mal-Banda u joħolqu briju umoristiku fuq l-istess tema tal-Banda)
Din il-kompetizzjoni se tkun maqsuma u ġġudikata f’żewġ taqsimiet: (a) waħda se tkun dik tal-ħoss u selezzjoni mużikali u (b) l-oħra kostum u allegrija
HOSS/SEL. MUZ KOSTUM/ALLEG.
L-Ewwel Premju Lm1,500 Lm 1,200
It-Tieni Premju Lm 1,230 Lm 1,120
It-Tielet Premju Lm 1,100 Lm 900
Konkors Nru 2 :- Karrijiet Trijonfali - Kategorija “A”.
L-Ewwel Premju Lm 1,075
It-Tieni Premju Lm 975
It-Tielet Premju Lm 875
Konkors Nru 3 :- Karrijiet Trijonfali - Kategorija “B”.
L-Ewwel Premju Lm 950
It-Tieni Premju Lm 850
It-Tielet Premju Lm 725
Konkors Nru 4 :- Karrijiet Trijonfali - Kategorija “C” .
L-ewwel Premju Lm 750
It-Tieni Premju Lm 680
It-Tielet Premju Lm 600
Konkors Nru 5 :- Maskri Grotteski
L-Ewwel Premju Lm 500
It-Tieni Premju Lm 475
It-Tielet Premju Lm 450
Konkors Nru 6 :- Kumpanija bil-Kostum (Tfal) fuq Karru Dekorat. - Kategorija "C" . Il-Kumpanija tkun ta’ mhux anqas minn tmintax (18)-il tifel u/jew tifla u ta’ mhux aktar minn 32 tifel u/jew tifla ta’ eta’ minn 13-il sena ‘l isfel fid-19 ta’ Frar, 2007.
| KOSTUM | KARRU ZIFNA |
| L-Ewwel Premju | Lm 625 Lm 720 Lm 350It-Tieni Premju Lm 550 Lm 670 Lm 285It-Tielet Premju Lm 500 Lm 610 Lm 240 |
Konkors Nru 7 - Kumpanija Kategorija “B”. Kull kumpanija jrid ikun fiha mhux anqas minn disa’ (9) koppji ( rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40) persuna.
KOSTUM ZIFNA
L-Ewwel Premju Lm 800 Lm 400
It-Tieni Premju Lm 650 Lm 350
It-Tielet Premju Lm 575 Lm 310
Konkors Nru 8 :- Kumpanija Koppji bil-Kostum fuq Karru Dekorat - Kategorija “A” . Il-Kumpanija jrid ikun fiha minn mhux anqas minn 12-il koppja (rġiel u nisa) u mhux aktar minn erbgħin (40) persuna.
| KOSTUM | KARRU ZIFNA |
| L-Ewwel Premju | Lm 975 Lm 920 Lm 450It-Tieni Premju Lm 875 Lm 820 Lm 400It-Tielet Premju Lm 775 Lm 720 Lm 350 |
Konkors Nru 9 :– Karrijiet Trijonfali Kategorija “D”
Kull item li jieħu sehem f’dan il-Konkors jingħata sussidju globali ta’ Lm 200 ( jekk jintlaħaq il-livell mixtieq ) u jkun hemm premju wieħed ta’ Lm 100 u garanzija li l-partecipant rebbieh fil-Karnival ta’ wara jkun jista’ jieħu sehem b’Karru Trijonfali Kategorija “C”. Jingħata sussidju ta’ mhux aktar minn 50% ta’ l-ispejjez tar-rikording tal-mużika tal-karru. Ma jkunx hemm sussidji ohra f’din is-sezzjoni
Konkors Nru 10 :– Kumpanija taż-Żfin Kategorija “D”
Kull Kumpanija f’din il-Kategorija trid tkun komposta minn mhux anqas minn disa’ (9) koppji u mhux aktar minn erbgħin (40) persuna. Jista jkun hemm ukoll mhux aktar minn żewġ (2) mascots li ma jagħmlux parti mill-Kumpanija / Żifna.
Iz-zeffiena f’din is-sezzjoni jridu jkun ta’ eta’ akbar minn 12-il sena nhar id-19 ta’ Frar, 2007.
Kull Kumpanija tingħata sussidju globali ta’ Lm 200 ( jekk jintlahaq il-livell mixtieq) u jkun hemm premju wieħed ta’ Lm 50 għall-Kumpanija rebbieħa flimkien ma garanzija li l-partecipant registrat ikun jista’ jieħu sehem b’Kumpanija Kategorija “B” fil-Karnival 2008. Jingħata sussidju ta’ mhux aktar minn 50% ta’ l-ispejjez tar-rikording tal-mużika taż-żifna. Ma jkunx hemm sussidji ohra f’din is-sezzjoni
Sussidji ohra
Il-Karrijiet Trijonfali Kategorija A , B u C u Karrijiet tal-Kumpanija Kategorija A u C
Lm 75 lil kull parteċipant biex jipprovdi traktormeħtieġ.
Lm 90 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trajlermeħtieġ.
Jinghata Servizz limitat ta’ crane u cherry picker f’St. Iermu filwaqt li partecipanti bil-karrijiet mhux armati f’St. Iermu jinghataw sa mhux aktar minn Lm50 sussidju għal kiri ta’ ngenji bżonnjuzi fl-armar u ż-zarmar tal-karru fejn il-każ ikun meħtieġ u ġustifikat. Dan isir bi ftehim bil-miktub minn qabel ma’ l-Uffiċċju tal-Kummissjoni.
Maskaruni
Lm 100 lil kull parteċipant biex ikopri parti mill-ispiza tar-reffiegħa
Lm 20 lil kull parteċipant biex ikopri parti mill-ispiza tal-garr tal-maskaruni għal u lura mill-isfilata u l-ħazna tagħhom.
Kumpanija
Tingħata għajnuna finanzjarja skond il-ħtieġa ghal dawk li jikru swali għall-provi taż-żfin. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar dan il-kiri minn qabel. Tali għajnuna ma teccediex is-somma ta’ Lm 75 u ssir skond il-kaz.
Tagħrif Ġenerali
· L-applikanti li jiġu aċċetati biex jieħdu sehem f’dawn il-konkorsi ( għajr dawk ta’ Kategorija D) jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-Karnival u 10% ta’ l-istess premju wara l-parteċipazzjoni ta’ l-entratura (item) fil-Karnival (jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq). Dan il-ħlas bil-quddiem jiġi mnaqqas mill-premju fil-każ tar-rebbieħa.
· Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor iżżomm d-dritt li tistabilixxi n-numru massimu ta’ konkorrenti f’kull konkors.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230, “Casa Gaspe”, Triq ir-Repubblika, Valletta kuljum minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Ottubru sal- Ġimgħa 6 ta’ Ottubru 2006 bejn id-9.00a.m. u nofs in-nhar. Ma’ l-applikazzjoni jintalab depożitu ta’ Lm 20 għal kull applikazzjoni. Id-depozitu ta’ Lm 20 jingħata lura mal-premju wara l-Karnival imma ma jingħatax lura f’każ meta l-applikant jirtira mill-konkors jew l-item in kwistjoni tigi għal xi raġuni skwalifikata.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958