MALTA TAPPOĠĠJA SKEMA FL-INTERESS TAT-TFAL
“Gvern li jagħti kas ta’ kull sezzjoni tas-soċjeta’ Maltija għax dan hu gvern li bil-fatti qiegħed viċin tal-poplu”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u Sajd, Dr Francis Agius, meta l-bieraħ wasal lura Malta minn Brussel fejn attenda għal-Laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill tal-Ministri kkonsidra l-iskema tal-ħalib għat-tfal ta’ l-iskola, fejn proposta Daniża ssuġġeriet illi l-ħlasijiet tas-sussidju fuq din l-iskema ma jibqgħux jinħadmu fuq il-kontenut tax-xaħam fil-ħalib, iżda fuq kriterji li huma iktar marbutin mas-saħħa u l-interessi ta’ valuri ta’ nutrizzjoni moderni.
F’intervent li għamel is-Segretarju Parlamentari Agius, huwa qal li Malta tappoġġja l-pożizzjoni li ppreżenta l-Gvern Daniż peress li din qegħda tuża bħala bażi l-aħjar interessi tas-saħħa tat-tfal.
L-iskema ta’ sussidju Ewropew għall-ħalib li jitqassam lit-tfal ta’ l-iskola kollha, kemm tal-gvern, kif ukoll dawk li m’humiex, hija mistennija tibda titħaddem f’pajjiżna mill-bidu tas-sena skolastika li ġejja.
Dan il-Kunsill kompla jiddiskuti ir-riforma ta’ l-inbid, fejn Dr Agius ressaq il-pożizzjoni ta’ Malta dwar il-miżuri proposti f’din ir-riforma.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958