Left arrow Go Back

SKEMA TA’ ASSISTENZA FINANZJARJA GĦALL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI U GRUPPI TA’ VOLONTARJAT F’GĦAWDEX

PR1255
Date Icon 18/09/2006

Il-Ministeru għal Għawdex qed jerġa’ jniedi l-Iskema t’Assistenza Finanzjarja lill-Għaqdiet mhux Governattivi u Gruppi ta’ Volontarjat  Għawdxin jew li joffru servizz fil-gżira Għawdxija li huma membri ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Organizzazjonijiet mhux Governattivi Għawdxin. Dan isir sabiex is-settur tal-Volontarjat ikun jista’ jtejjeb il-ħidma tiegħu u għaldaqstant isaħħaħ it-tessut soċjali Għawdxi.  

Matul is-snin li għaddew madwar mitejn għaqda minn setturi differenti bbenefikaw b’eluf ta’ liri minn din l-iskema – f’Jannar  tqassmu madwar Lm14,000 għall-2005. Għal din is-sena saru xi bidliet fir-regolamenti u l-formola ġiet simplifikata.  

Kopji ta’ l-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru miċ­Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi, Xewkija (tel. 21565492), jew mill-Ministeru għal Għawdex (tel. 21561482). L-Organizzazjonijiet li diġa’ huma membri jirċievu kopja bil-posta.  

Il-formli mimlija sewwa jridu jaslu ċ-Centru sad-29 ta’ Settembru. Għal iktar informazzjoni, tista’ tintbagħat Email fuq ngocentregozo@gov.mt. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow