REGISTRU PUBBLIKU: SKEDA ĠDIDA TA’ ĦINIJIET F’SEZZJONIJIET TAR-REĠISTRU PUBBLIKU
Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jixtieq jinforma lill-pubbliku dwar bdil fil-ħinijiet u fil-ġranet tal-ftuħ ta’ l-Uffiċini b’effett minn nhar it-Tnejn, 18 ta’ Settembru 2006, sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar rigward ħruġ ta’ ċertifikati ta’ stat ċivili, avviżi ghaż-żwieġ, u notifikazzjoni ta’ twelid u ta’ mewt.
L-uffiċini se jkunu miftuħin sitt (6) ijiem fil-ġimgħa, kif ġej :-
· Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30 a.m. u s-2.00 p.m.
· Kull nhar ta’ Erbgħa, l-uffiċini jkunu miftuħin ukoll mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m.
· Is-Sibtijiet ikunu miftuħin bejn is-7.30 a.m. u l-11.00 a.m.
In-numri tat-telefon huma 21238210, 21221775, 21239658.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jagħmel użu minn dawn il-ħinijiet speċjali biex jiġu evitati queuesbla bżonn u jinqeda aktar malajr. B’hekk ikun qed jgħin biex jingħata servizz aħjar.
Il-pubbliku jista’ wkoll jordna ċertifikati ta’ stat ċivili billi juża l-government portal:www.ċertifikati.gov.mtmill-kumdita’ ta’ daru.
Id-dħul għal dawn l-uffiċini huwa mill-bieb Numru 26 Triq Teżorerija, kantuniera ma’ Triq Santa Luċija, Valletta.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958