Left arrow Go Back

IR-REGATTA TAL-VITORJA 2006

PR1234
Date Icon 12/09/2006

Il-Kumitat Festi Nazzjonali jrid jirrikonoxxi pubblikament il-koperazzjoni kbira li kien hemm din is-sena minn dawk kollha nvoluti fir-Regatta tal-Vitorja li saret fil-Port il-Kbir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru.   

Il-ħidma sfiqa ta’ kulħadd tat ir-riżultat mixtieq.  B’mod speċjali irid jiġi reġistrat li din is-sena, għall-ewwel darba, l-Għaqda Regatta Nazzjonali refgħet biċċa ġmielha mill-piż tar-responsabbilta tat-tmexxija tar-Regatta.   

Dan sar bi ftehim minn qabel u ġie mħabbar fil-bidu tar-Regatta qabel l-ewwel tiġrija meta s-Sur Nazju Abela, Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali stqarr li s-Sur Samuel Busuttil, President ta’ l-Għaqda kien ko-responsabbli miegħu fid-deċiżjonijiet finali li kellhom jittieħdu; waqt li s-Segretarju ta’ l-Għaqda Tony Caruana mexxa l-operazzjoni minn fuq il-lanċa tad-delegati.   

Għaldaqstant, il-KFN jixtieq jirringrazzja:

  • L-ewwelnett lill-Ministru tat-Turiżmu u Kultura Dr. Francis Zammit Dimech li dejjem sostna lill-KFN fil-preparazzjoni għal kull Regatta u lill-Ministru Dolores Cristina, li, dak inhar tar-Regatta, bħala Aġent Ministru tat-Turiżmu ġentilment ġiet tqassam it-trofej
  • Grazzi kbira u speċjali lill-Għaqda Regatta Nazzjonali li minn xhur ilu offriet il-koperazzjoni u l-għajnuna tagħha kważi f’kull pass li ttieħed sa l-aħħar minuta tar-Regatta;
  • Lill-membri tal-Kummissjoni Regatta fi ħdan il-KFN u lill-judges kollha, taħt it-tmexxija taċ-Chief Judge il-Perit Anthony Abela li minkejja diffikultajiet kbar urew responsabbilta’ u dixxiplina;
  • Lis-Sinjuri Remigio Bartolo u Charles Bonello mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li matul is-sajf assistew lill-KFN fid-diskussjonijiet dwar il-Port il-Kbir u l-cruiseliners;
  • Lill-Korp tal-Pulizija li taħt it-tmexxija ta’ l-Assistent Kummissarju Alfred Abela għarfet iżżomm l-ordni b’effiċjenza u b’għaqal;
  • Lill-Forzi Armati ta’ Malta li offrewlna is-servizz tal-laneċ tagħhom għall-ġurnalisti u membri tal-media u għad-delegati tal-klabbs tar-Regatta matul is-6 siegħat li damet ir-Regatta;
  • Lill-Kumpanija Viset plc li, bħas-soltu offriet l-ispazju tal-mollijiet tagħha għall-eluf ta’ spettaturi u l-mod kif f’koperazzjoni perfetta wettqet it-traġitt tat-turisti minn fuq il-cruiseliner li hi tirrappreżenta min-naħa għall-oħra tal-Port il-Kbir proprju f’nofs il-korsa tar-Regatta mingħajr ma tellfet xejn mir-ritmu tat-tiġrijiet;
  • Lill-Awtoritajiet tad-Dwana li kull sena jisilfuna l-bini tad-Dwana l-Antika, il-Belt għall-amministrazzjoni tar-Regatta
  • Lill-Kumitat Olimpiku Malti li taħt l-awspiċi tiegħu u għall-ewwel darba ġew esgwiti t-testijiet tad-doping;
  • Lis-St. John Ambulance Brigade – Sezzjoni ta’ B’Bugia;
  • Lill-Awtorita Marittima Maltija ta’ l-għajnuna kbira li dejjem tagħti f’kull edizzjoni tar-Regatta;
  • Lill-Membri kollha tal-Media preżenti fuq il-bejt tad-Dwana isegwu u jirrappurtaw dan l-avveniment sportiv.  Kien xieraq li fil-bidu tar-Regatta ġiet osservata minuta silenzju għall-memorja ta’ Lewis Portelli, wieħed mill-aqwa ġurnalisti sportivi li kellu pajjiżna;
  • U fl-aħħarnett lill-eluf ta’ spettaturi li segwew b’paċenzja kbira għall-ħinijiet twal dan l-avveniment sportiv tradizzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow