JUM IL-VITORJA 2006 F’GĦAWDEX
Il-Kumitat Organizzativ Kultura (Ministeru għal Għawdex) organizza l-attivita’ annwali li tfakkar l-assedji ta’ l-1565 u l-1943, illum il-Ħamis 7 ta’ Settembru 2006.
Is-serata kommemorattiva, ippreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, tibda permezz ta’ marċi mill-Banda tal-Pulizija li titlaq minn Pjazza Savina sa Pjazza Indipendenza fejn imbagħad teżegwixxi programm sħiħ. Id-diskors kommemorattiv ta’ din is-sena huwa ta’ Dr Kevin Cutajar mix-Xagħra. L-ewwel parti tas-serata tiġi fi tmiemha bit-tqegħid ta’ kuruni u bukketti quddiem il-monument li jfakkar tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fl-istess pjazza.
It-tieni parti tas-serata tikkonsisti f’kunċert ta’ siegħa mis-Southampton University Sinfonietta Orchestra. Is-sehem ta’ din l-orkestra f’Għawdex huwa possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti ta’ l-Arti u l-Kultura.
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi għal dawn l-attivitajiet. Id-dħul għalihom huwa b’xejn.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958