Left arrow Go Back

IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI GĦAL LAQGĦA PREPARATORJA FIL-LITWANJA

PR1218
Date Icon 06/09/2006

Il-Prim Imħallef Vincent De Gaetano jinsab Vilnius fejn qed jattendi għal-laqgħa preparatorja bi tħejjija għal 14-il Kungress tal-Konferenza tal-Qrati Kostituzzjonali ta’ l-Ewropa li għandu jsir is-sena d-dieħla fil-kapitali tal-Litwanja. Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Litwanja bħalissa għandha l-presidenza tal-Konferenza. 

Matul din il-laqgħa preparatorja d-delegati ser jikkunsidraw, fost affarijiet oħra, talbiet minn diversi qrati, inkluża l-Qorti Suprema ta’ Iżrael, biex isiru membri tal-Konferenza, kif ukoll il-ko-operazzjoni fil-futur bejn il-Konferenza u l-European Commission for Democracy through Law (magħrufa aħjar bħala l-Venice Commission). 

Matul l-assenza tal-Prim Imħallef minn Malta, l-Imħallef Joseph David Camilleri ser ikun Aġent Prim Imħallef. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow