Left arrow Go Back

IT-TAĦRIĠ FIL-KAPAĊITÀ LI TWASSAL GĦALL-INNOVAZZJONI GĦANDHA TKUN IL-PRIJORITÀ TAS-SELF EMPLOYED U SIDIEN TA’ NEGOZJI LI JRIDU JIRNEXXU FIL-KOMPETIZZJONI TAS-SUQ

PR1202
Date Icon 01/09/2006

“Miftuħa għan-Negozju, filwaqt li huwa t-titlu ta’ programm ta’ ħidma, huwa wkoll sejħa għal tisħieħ ta’ mentalita’ imprenditorjali li hija meħtieġa f’pajjiżna fil-ħidma li qiegħda ssir biex kull min hu nvolut fl-attivita’ kummerċjali jkollu l-aħjar kapaċita’ li permezz tagħha ifittex kontinwament kif ikun innovattiv.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, waqt laqgħa li fiha tħabbar  programm ta’ laqgħat ta’ informazzjoni dwar kif tista’ tuża l-innovazzjoni biex tirbaħ il-kompetizzjoni tas-suq. 

“Illum in-negozji għandhom sfidi ġodda f’dinja li dejjem aktar qed tiċkien.  Għaldaqstant, hemm bżonn li l-attivita’ kummerċjali tagħna tkun aktar innovattiva.  Illum jeżistu swieq ġodda u kompetizzjoni kbira.  Jekk kull min qiegħed fin-negozju mhux ser ifittex kif ikun innovattiv, f’pajjiżna nistgħu naslu li jkollna attivita’ kummerċjali staġnata.  Dan jiġifieri li nispiċċaw ikollna kwantita’ ta’ sidien ta’ negozji li jbiegħu l-istess prodotti u jfittxu li fin-negozju jagħmlu bħalma jkun qed jagħmel haddieħor.  Għalhekk, bħala Segretarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetitivita’ u l-Komunikazzjoni, tlabna l-għajnuna ta’ l-Edward de Bono Foundation sabiex flimkien norganizzaw skeda ta’ laqgħat bħala parti mill-inizjattiva tal-programm ta’ ħidma tas-Segretarjat li jipprovdi ‘adult training education’ għal persuni li diġa’ għandhom in-negozju tagħhom.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo irringrazzja lil Edward de Bono Foundation għax-xogħol li sar u qal li “huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nniedi dan il-programm ta’ laqgħat li ser isiru minn din il-Fondazzjoni, għal self-employed u sidien ta’ negozji żgħar.  Il-fatt li dawn il-laqgħat għas-self employed u sidien ta’ negozji żgħar ser ikunu qegħdin jiġu mogħtija bl-istil u l-kapaċitajiet uniċi tal-Fondazzjoni, li tinkoraġixxi kontinwament fil-laqgħat tagħha, l-ħiliet kif mgħallma mill-Prof. Edward de Bono stess (bħalma huma s-Six Thinking Hats u Lateral Thinking), għandu jkun meqjus bħala valur fih innifsu għal dawk kollha li ser jaċċettaw din l-istedina u jattendu għal dawn il-laqgħat.  Fil-fehma tiegħi, din hija okkażjoni li m’għandiex tintilef minn min jixtieq jitgħallem kif jista’ jirbaħ f’suq kompetittiv.” 

Dawn il-laqgħat huma miftuħa kemm għal dawk li diġa’ huma self-employed jew sidien ta’ negozji żgħar, kif ukoll għal dawk li jixtiequ li jiftħu n-negozju tagħhom, kif ukoll għal studenti. 

L-Edward de Bono Foundation twaqqfet fl-1993 bħala ‘non-profit organisation’ privata, bbażata f’Malta, b’għanijiet soċjali, edukattivi, kulturali u umanitarji li jippromwovu x-xogħol ta’ Edward de Bono fi creative and constructive thinking.  Aktar informazzjoni dwar l-Edward de Bono Foundation, tista’ tinkiseb mingħand:  Natascha Beranek jew Stephanie Ceccato fuq:  natascha.beranek@mind-ing.com jew scc@mind-ing.com.  

Min jixtieq japplika għal dan il programm ta’ laqgħat, li qegħdin isiru mingħajr ħlas, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 23886165 jew bl-email fuq simone.ellul@gov.mt.  Il-laqgħat jibdew nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow