IL-‘FUEL SURCHARGE’ FUQ L-ELETTRIKU
Kif tħabbar f’Novembru 2005 ir-reviżjoni tar-rata tal-‘fuel surcharge’ fuq il-konsum ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinnji tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż. Dan il-prezz jiddependi kemm mill-prezz fis-swieq internazzjonali taż-żejt kif ukoll mir-rata ta’ kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Euro.
Mill-aħħar reviżjoni li saret fl-aħħar ta’ Ġunju 2006 il-prezzijiet internazzjonali taż-żjut li jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku matul Lulju –Awissu 2006 mxew kif ġej:


L-Enemalta tuża l-‘Fuel Oil’ għal madwar 90% mill-bżonnijiet tagħha u l-Gas Oil għal madwar 10%.
Bir-rata tal-prezzijiet tal-lum, u fuq il-bażi tal-konsum ta’ l-elettriku f’Lulju u Awissu 2006, hu stmat li l-‘fuelsurcharge’ li għandha tingabar din is-sena hi ta’ Lm39,220,328. Fuq din il-bażi, u mingħajr sussidju tal-Gvern, is-‘surcharge’ tlaħħaq it-80.52%. F’Ottubru 2005 il-Gvern kien introduċa sussidju tranżitorju ta’ 29% tnaqqis mis-‘surcharge’ biex ittaffi l-impatt ta’ l-introduzzjoni tas-‘surcharge’ liema sussidju kellu jitnaqqas kull xahrejn b’rata ta’ 2.42% wara li jiġi wkoll ikkunsidrat il-prezz taż-żejt li tkun qed tħallas l-Enemalta.
Għalhekk, wara li ikkunsidrat iż-żieda fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali f’dawn l-aħħar xahrejn, l-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed tippublika din il-bidla fis-‘surcharge’ għall-perijodu Settembru - Ottubru 2006.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958