Left arrow Go Back

SEJĦA GĦAL SIDIEN TA’ NEGOZJI ŻGĦAR U SELF EMPLOYED INVOLUTI FL-INĠINERIJA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FI PROGRAMM TA’ L-UNJONI EWROPEA LI JINKLUDI LAQGĦAT MA’ SIDIEN TA’ NEGOZJI FIL-BULGARIJA

PR1196
Date Icon 31/08/2006

Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qed jilqa’ espressjonijiet ta’ interess mingħand sidien ta’ negozji żgħar u self-employed involuti f’xogħol ta’ inġinerija elettrika u mekkanika sabiex dawn jipparteċipaw fi proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.  Permezz ta’ dan il-proġett 20 negozjant ser ikunu qed jipparteċipaw fi programm ta’ l-Unjoni Ewropea dwar ix-xogħol ta’ l-inġinerija ġewwa Plovdiv, il-Bulgarija, bejn il-25 ta’ Settembru u t-2 t’Ottubru 2006.  Għaldaqstant, in-Negozji Maltin ser ikunu qegħdin jiltaqgħu ma’ negozji oħra barranin sabiex jesploraw il-possibilità ta’ tkabbir fin-negozju tagħhom ma’ negozji oħra fil-Bulgarija u jiddiskutu l-possibilità ta’ tkabbir ta’ kummerċ bejniethom u ma’ terzi.

Din is-sejħa tagħmel parti mill-inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed li permezz ta’ parteċipazzjoni fi proġetti simili ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, fis-sena 2006, 300 sid ta’ negozju żgħir u self employed jipparteċipaw u b’hekk jibbenefikaw minn dawn it-tip ta’ proġetti.

L-espressjonijiet ta’ interess mingħand negozji żgħar u self employed involuti f’xogħol ta’ inġinerija, ser ikunu qed jintlaqgħu mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sa nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru 2006.  Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru tat-telefon 23886164.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow