Left arrow Go Back

TRASFERIMENT TA’ SWALI FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ

PR1190
Date Icon 29/08/2006

Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jixtieq jinforma lill-anzjani u l-familjari tagħhom f’San Vinċenz dwar ir-raġuni wara ċ-ċaqlieq li qed isir b’mod temporanju f’numru żgħir ta’ swali u f’numru zgħir ta’ kmamar fl-istess residenza. 

Fil-jiem li ġejjin se jinfetħu tliet swali ġodda fi blokka ġdida bl-isem Mother Teresa, li saret b’investiment ta’ aktar minn Lm3 miljuni. In-nisa li se jiġu trasferiti diġà huma residenti f’San Vinċenz u li qegħdin fi tliet swali oħra li għandhom bżonn ta’ refurbishment estensiv biex ikunu fuq l-istess livell tas-swali l-ġodda. Dan huwa parti mill-proċess kontinwu ta’ modernizzar tas-swali kollha ta’ din ir-residenza u li dan isir b’investiment qawwi li minnu jgawdu l-istess anzjani. 

Billi n-numru ta’ sodod fis-swali l-ġodda huwa iżgħar min-numru ta’ sodod fil-blokka l-qadima, dan kien ifisser li kellu jinstab post alternattiv, b’mod temporanju, għal numru ta’ persuni sabiex il-blokka sħiħa tkun tista’ tiġi żvujtata biex isir xogħol strutturali b’mod estenziv fuq dawn it-tliet swali. 

Wara li ġie kkunsidrat kollox u wara li ngħatat l-akbar attenzjoni għas-saħħa u sigurtà kemm ta’ l-anzjani, tal-familjari li jżuruhom, kif ukoll tal-ħaddiema, inħass il-bżonn li l-blokka tiġi żvujtata kompletament waqt li se jkun għaddej ix-xogħol. 

Dan kien jirrikjedi li tinstab akkomodazzjoni alternattiva u temporanja għal madwar 30 persuna mingħajr ma jitnaqqas in-numru ta’ sodod f’din l-istess residenza u għalhekk numru żgħir ta’ kmamar issa se jkunu okkupati minn ħames persuni flok erbgħa.  

Dwar din iċ-ċaqlieqa ntlaħaq ukoll ftehim mal-Unions u ġie miftiehem li se jiżdiedu n-numru ta’ ħaddiema fis-swali nvoluti biex il-livell ta’ kura jibqa’ dak li hu mistenni u meħtieġ mill-anzjani. 

Wieħed jifhem li dan jista’ jwassal għal xi nkonvenjent temporanju fost l-anzjani li ntlaqtu minn dan iċ-ċaqlieq u ta’ dan id-Dipartiment ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jixtieq jiskuza ruħhu.  Iżda m’hemmx dubju li l-anzjani jifhmu wkoll li din ma kienitx miżura li ttieħdet b’kapriċċ jew biex jitnaqqas il-livell ta’ din ir-residenza, iżda biex proprju l-anzjani KOLLHA fir-residenza San Vinċenz ikollhom ambjent xieraq u ma jkunux f’periklu waqt li jsir l-immodernizzar ta’ l-istess residenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow