Left arrow Go Back

PITTURA TA’ FRANK PORTELLI GĦALL-MUŻEW NAZZJONALI TA’ L-ARTI

PR1189
Date Icon 25/08/2006

Frank Portelli kien wieħed mill-aqwa artisti tas-Seklu 20. Kien wieħed minn tlitt artisti li fis-snin immedjati ta’ wara l-Gwerra poġġa mill-ġdid is-sisien li fuqhom l-Arti Maltija kellha tispikka mill-ġdid f’armonija aktar mill-qrib mas-sensibilta’ Ewropea. 

Fl-1947 Frank Portelli iddistingwa ruhhu fost l-istudenti li miegħu kienu qed jagħmlu kors ta’ l-arti meta qagħad għall-eżamijiet finali fl-Iskola ta’ l-Arti u hekk rebaħ borza ta’ studju fil-Kulleġġ ta’ l-Arti ta’ Kensington fl-Ingilterra. Lura Malta kien figura ewlenija fi żmien meta pajjiżna kien qed ifittex l-identita’ tiegħu u fl-1951 intagħżel bħala s-Segretarju taċ-Ċirkolu ta’ l-Arti Moderna.  Kien ukoll wieħed mill-ewwel sitt artisti Maltin li esebixxa fil-Biennale ta’ Venezja fl-1958. 

Żewġ xogħlijet kbar ta’ Frank Portelli kienu l-iskema tad-dekorazzjoni tal-Knisja ta’ Santa Tereża f’Birkirkara u d-dekorazzjoni tal-koppla tal-Bażilika ta’ l-Isla. Frank Portelli kellu wkoll karriera importanti bħala ‘interior designer’ fejn f’tarf is-sittinijiet wettaq diversi xogħlijiet f’ristoranti u każini. 

Fl-1969 Frank Portelli pinġa l-mural “Maltese Crafts and Trades” fil-lukanda Mellieha Bay fl-Għadira. Meta l-lukanda ġiet ‘refurbished’ din il-pittura tneħħiet u ntrefgħet.  Heritage Malta sabet l-okkażjoni unika li tixtri xogħol ewlieni ta’ Frank Portelli u riċentement akkwistat din il-pittura għall-kollezzjoni nazzjonali. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura l-“Maltese Crafts and Trades” wara li din tqegħdet fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti fil-belt Valletta. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Malta pproduċiet ħafna artisti li jagħmlu unur lill-pajjiżna sew lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Hu qal li bla dubju ta’ xejn Frank Portelli hu wieħed minnhom.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Frank Portelli kien wieħed minn dawk l-artisti li daħħal fl-arti Maltija żiffa friska ta’ espressjoni artistika simbolika. Hu qal li Portelli kien ukoll wieħed mill-pijunieri tal-Moderniżmu f’Malta. Kien artist li ħalla l-marka tiegħu fi knejjes u kien interior designer li x-xogħlijiet tiegħu taw ħajja lil diversi stabilimenti f’tarf is-snin sittin. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li kien xieraq li l-pajjiż ikollu xogħlijiet ta’ artisti bħal Frank Portelli  biex jesebihom u biex dawn ikunu apprezzati mill-poplu Malti u t-turisti li jżuruna. Hu qal li b’hekk mhux biss inkunu qed nagħtu ġieħ lil Maltin bħalna iżda nkunu qegħdin ukoll inkabbru l-interess fl-arti Maltija li verament tiddistingwina minn kull nazzjon ieħor. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow